4. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li d-ditti ta’ investiment u l-operaturi tas-suq li joperaw MTF jiżguraw, billi jikkonformaw mal-istandards tekniċi regolatorji adottati f’konformità mal-paragrafu 5, li l-ishma tal-kumpaniji bi strutturi MVS ammessi għan-negozjar f’dik l-MTF ikunu identifikati b’mod ċar bħala tali minn dawk id-ditti ta’ investiment u l-operaturi tas-suq. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu wkoll li dawk il-kumpaniji jinfurmaw, f’konformità ma’ dawk l-istandards tekniċi regolatorji, lid-ditti ta’ investiment u lill-operaturi tas-suq rilevanti dwar l-eżistenza ta’ strutturi MVS.