+Artikolu 5 Trasparenza
---+Artikolu 5 1
---+Artikolu 5 2
---+Artikolu 5 3
---+Artikolu 5 4
---+Artikolu 5 5

Artikolu 5 Trasparenza

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 1

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji bi struttura MVS li l-ishma tagħhom ser jiġu nnegozjati jew huma nnegozjati f’suq tat-tkabbir tal-SMEs wara li jeżerċitaw id-dritt tagħhom skont l-Artikolu 3 jinkludu l-informazzjoni elenkata fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu fid-dokumenti li ġejjin:

(a)

il-prospett imsemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), il-Prospett tal-Ħruġ tal-UE dwar it-Tkabbir imsemmi fl-Artikolu 15a ta’ dak ir-Regolament jew id-dokument ta’ ammissjoni msemmi fl-Artikolu 33(3), il-punt (c), tad-Direttiva 2014/65/UE, skont liema wieħed tippubblika l-kumpanija; u

(b)

ir-rapport finanzjarju annwali msemmi fl-Artikolu 78(2), il-punt (g), tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/565 (11), f’każijiet fejn kien hemm bidla fl-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu minn meta dik l-informazzjoni ġiet ippubblikata l-aħħar fil-prospett, fil-Prospett tal-Ħruġ tal-UE dwar it-Tkabbir jew fid-dokument ta’ ammissjoni msemmi fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu jew fir-rapport finanzjarju annwali preċedenti.

Artikolu 5 2

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji bi strutturi MVS li l-ishma tagħhom ser jiġu nnegozjati jew huma nnegozjati f’MTF mhux irreġistrata bħala suq tat-tkabbir tal-SMEs, wara li jeżerċitaw id-dritt tagħhom skont l-Artikolu 3, jinkludu l-informazzjoni elenkata fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu fid-dokumenti li ġejjin:

(a)

il-prospett imsemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2017/1129, il-Prospett tal-Ħruġ tal-UE dwar it-Tkabbir imsemmi fl-Artikolu 15a ta’ dak ir-Regolament, jew kwalunkwe dokument ta’ ammissjoni meħtieġ bil-liġi nazzjonali jew bir-regoli tal-MTF rilevanti, f’każijiet fejn il-kumpanija tippubblika tali prospett jew dokument; u

(b)

kwalunkwe rapport finanzjarju annwali meħtieġ mil-liġi nazzjonali, f’każijiet fejn l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, ma tkunx ġiet ippubblikata qabel, jew tkun inbidlet minn meta dik l-informazzjoni tkun ġiet ippubblikata l-aħħar, fil-prospett, fil-Prospett tal-Ħruġ tal-UE dwar it-Tkabbir jew fid-dokument ta’ ammissjoni msemmi fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu jew fir-rapport finanzjarju annwali preċedenti.

Artikolu 5 3

3.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 tikkonsisti f’informazzjoni dettaljata dwar dan li ġej:

(a)

l-istruttura tal-ishma tal-kumpanija, b’indikazzjoni tal-klassijiet differenti ta’ ishma, inkluż ishma li mhumiex ammessi għan-negozjar u, għal kull klassi tal-ishma:

(i)

id-drittijiet u l-obbligi marbuta mal-ishma f’dik il-klassi,

(ii)

il-perċentwal tal-kapital azzjonarju totali jew tal-għadd totali ta’ ishma li l-ishma f’dik il-klassi jirrappreżentaw, u

(iii)

l-għadd totali ta’ voti li l-ishma f’dik il-klassi jirrappreżentaw;

(b)

kwalunkwe restrizzjoni fuq it-trasferiment tal-ishma, inkluż ftehimiet bejn l-azzjonisti li huma magħrufa mill-kumpanija u li jistgħu jirriżultaw f’tali restrizzjonijiet;

(c)

kwalunkwe restrizzjoni fuq id-drittijiet tal-vot tal-ishma, inkluż ftehimiet bejn l-azzjonisti li huma magħrufa mill-kumpanija u li jistgħu jirriżultaw f’tali restrizzjonijiet;

(d)

l-identità, jekk tkun magħrufa mill-kumpanija, tal-azzjonisti li għandhom MVSs li jirrappreżentaw aktar minn 5 % tad-drittijiet tal-vot tal-ishma kollha fil-kumpanija, u tal-persuni fiżiċi jew entitajiet ġuridiċi intitolati li jeżerċitaw drittijiet tal-vot f’isem dawk l-azzjonisti, fejn applikabbli.

Għall-finijiet tal-punt (d), meta l-azzjonisti jew il-persuni intitolati li jeżerċitaw id-drittijiet tal-vot f’isimhom ikunu persuni fiżiċi, id-divulgazzjoni tal-identità tagħhom għandha tirrikjedi biss l-għoti ta’ isimhom.

Artikolu 5 4

4.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li d-ditti ta’ investiment u l-operaturi tas-suq li joperaw MTF jiżguraw, billi jikkonformaw mal-istandards tekniċi regolatorji adottati f’konformità mal-paragrafu 5, li l-ishma tal-kumpaniji bi strutturi MVS ammessi għan-negozjar f’dik l-MTF ikunu identifikati b’mod ċar bħala tali minn dawk id-ditti ta’ investiment u l-operaturi tas-suq. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu wkoll li dawk il-kumpaniji jinfurmaw, f’konformità ma’ dawk l-istandards tekniċi regolatorji, lid-ditti ta’ investiment u lill-operaturi tas-suq rilevanti dwar l-eżistenza ta’ strutturi MVS.

Artikolu 5 5

5.   L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika kif id-ditti ta’ investiment u l-operaturi tas-suq imsemmija fil-paragrafu 4 għandhom jidentifikaw l-ishma tal-kumpaniji bi strutturi MVS. Dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji għandu jispeċifika wkoll kif dawk il-kumpaniji għandhom jinfurmaw lid-ditti ta’ investiment u lill-operaturi tas-suq rilevanti dwar l-eżistenza ta’ dawk l-istrutturi MVS. Fl-iżvilupp ta’ dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji, li għandhom jindirizzaw il-fini li jiżguraw identifikazzjoni ċara kif imsemmi fil-paragrafu 4, l-ESMA għandha tqis standards tas-suq stabbiliti u prattiki li jiffunzjonaw tajjeb għall-identifikazzjoni ta’ kumpaniji bi strutturi MVS.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-5 ta’ Diċembru 2025.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija f’dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 14.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L2810
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.