2. L-Istati Membri għandhom jagħmlu rieżami tal-klassifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 mill-inqas kull ħames snin skont il-proċedura stabbilita fil-paragrafu 3. Madankollu, il-klassifikazzjonijiet għandhom ikunu rieżaminati iktar spiss fil-każ ta’ tibdil sinifikanti fl-attivitajiet li jħallu impatt fuq il-konċentrazzjonijiet tal-ambjent tad-diossidu tal-kubrit, id-diossidu tan-nitroġenu u l-ossidi tan-nitroġenu, il-partikoli (PM10, PM2,5), il-benżen, il-monossidu tal-karbonju, l-arseniku, il-kadmju, iċ-ċomb, in-nikil, il-benżo(a)piren jew l-ożonu.