2. Fiż-żoni kollha kklassifikati bħala li jaqbżu l-livelli limitu ta’ valutazzjoni stabbiliti għas-sustanzi niġġiesa msemmija fl-Artikolu 7, għandu jintuża kejl fiss sabiex tiġi vvalutata l-kwalità tal-arja ambjentali. Dak il-kejl fiss jista’ jiġi ssupplimentat b’applikazzjonijiet ta’ mmudellar jew kejl indikattiv għall-valutazzjoni tal-kwalità tal-arja u biex tiġi pprovduta informazzjoni adegwata dwar id-distribuzzjoni spazjali tas-sustanzi niġġiesa fl-arja u dwar ir-rappreżentattività spazjali tal-kejl fiss.