+Artikolu 8 Kriterji ta’ valutazzjoni
---+Artikolu 8 1
---+Artikolu 8 2
---+Artikolu 8 3
---+Artikolu 8 4
---+Artikolu 8 5
---+Artikolu 8 6
---+Artikolu 8 7
---+Artikolu 8 8

Artikolu 8 Kriterji ta’ valutazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 8 1

1.   L-Istati Membri għandhom jivvalutaw il-kwalità tal-arja ambjentali fir-rigward tas-sustanzi niġġiesa msemmija fl-Artikolu 7 fiż-żoni kollha tagħhom, f’konformità mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 6 ta’ dan l-Artikolu u f’konformità mal-Anness IV.

Artikolu 8 2

2.   Fiż-żoni kollha kklassifikati bħala li jaqbżu l-livelli limitu ta’ valutazzjoni stabbiliti għas-sustanzi niġġiesa msemmija fl-Artikolu 7, għandu jintuża kejl fiss sabiex tiġi vvalutata l-kwalità tal-arja ambjentali. Dak il-kejl fiss jista’ jiġi ssupplimentat b’applikazzjonijiet ta’ mmudellar jew kejl indikattiv għall-valutazzjoni tal-kwalità tal-arja u biex tiġi pprovduta informazzjoni adegwata dwar id-distribuzzjoni spazjali tas-sustanzi niġġiesa fl-arja u dwar ir-rappreżentattività spazjali tal-kejl fiss.

Artikolu 8 3

3.   Minn sentejn wara l-adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu, għandhom jintużaw applikazzjonijiet ta’ mmudellar jew kejl indikattiv flimkien ma’ kejl fiss biex tiġi vvalutata l-kwalità tal-arja ambjentali fiż-żoni kollha fejn il-livell ta’ sustanzi niġġiesa jaqbeż valur limitu jew valur fil-mira rilevanti stabbilit fl-Anness I.

L-applikazzjonijiet ta’ mmudellar jew il-kejl indikattiv imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jipprovdu informazzjoni dwar id-distribuzzjoni spazjali tas-sustanzi niġġiesa. Meta jintużaw applikazzjonijiet ta’ mmudellar, dawn għandhom jipprovdu wkoll informazzjoni dwar ir-rappreżentattività spazjali tal-kejl fiss u għandhom jitwettqu kemm-il darba jkun xieraq iżda mill-inqas kull ħames snin.

Artikolu 8 4

4.   Fiż-żoni kollha kklassifikati bħala li jaqgħu taħt il-livelli limitu ta’ valutazzjoni stabbiliti għas-sustanzi niġġiesa msemmija fl-Artikolu 7, l-applikazzjonijiet ta’ mmudellar, il-kejl indikattiv, l-istimi oġġettivi jew taħlita tagħhom huwa biżżejjed sabiex tiġi vvalutata l-kwalità tal-arja ambjentali.

Artikolu 8 5

5.   Ir-riżultati tal-applikazzjonijiet ta’ mmudellar użati f’konformità mal-paragrafu 3 jew 4 ta’ dan l-Artikolu jew l-Artikolu 9(3), jew tal-kejl indikattiv għandhom jitqiesu għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-kwalità tal-arja fir-rigward tal-valuri limitu u l-valuri fil-mira.

Jekk ikun disponibbli kejl fiss b’żona ta’ rappreżentattività spazjali li tkopri ż-żona tal-qabżiet ikkalkulata mill-applikazzjoni ta’ mmudellar, Stat Membru jista’ jagħżel li ma jirrapportax il-qabża mmudellata bħala qabża tal-valuri limitu u l-valuri fil-mira rilevanti.

Artikolu 8 6

6.   Jekk l-applikazzjonijiet ta’ mmudellar użati skont il-paragrafi 3 jew 4 juru qabża ta’ kwalunkwe valur limitu jew valur fil-mira f’erja taż-żona mhux koperta minn kejl fiss u ż-żona tar-rappreżentattività spazjali tagħhom, jista’ jintuża mill-inqas kejl fiss jew indikattiv addizzjonali wieħed f’hotspots addizzjonali possibbli tat-tniġġis tal-arja fiż-żona kif identifikat mill-applikazzjoni ta’ mmudellar.

Jekk l-applikazzjonijiet ta’ mmudellar użati f’konformità mal-Artikolu 9(3) juru qabża ta’ kwalunkwe valur limitu jew valur fil-mira f’erja taż-żona li ma tkunx koperta minn kejl fiss u ż-żona tar-rappreżentattività spazjali tagħhom, għandu jintuża mill-inqas kejl fiss jew indikattiv addizzjonali wieħed f’hotspots addizzjonali possibbli tat-tniġġis tal-arja fiż-żona kif identifikat mill-applikazzjoni ta’ mmudellar.

Meta jintuża kejl fiss addizzjonali, dak il-kejl għandu jiġi stabbilit fi żmien sentejn kalendarji wara li tkun ġiet immudellata l-qabża. Meta jintuża kejl indikattiv addizzjonali, dak il-kejl għandu jiġi stabbilit fi żmien sena kalendarja waħda wara li tkun ġiet immudellata l-qabża. Il-kejl għandu jkopri mill-inqas sena kalendarja waħda f’konformità mar-rekwiżiti minimi tal-kopertura tad-data stabbiliti fil-Punt B tal-Anness V, biex jiġi vvalutat il-livell ta’ konċentrazzjoni tas-sustanza niġġiesa rilevanti.

Meta Stat Membru jagħżel li ma jwettaq ebda kejl fiss jew indikattiv addizzjonali, il-qabża murija mill-applikazzjonijiet ta’ mmudellar għandha tintuża għall-valutazzjoni tal-kwalità tal-arja.

Artikolu 8 7

7.   Sal-11 ta’ Ġunju 2026, il-Kummissjoni għandha tipprovdi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, iktar dettalji tekniċi:

(a)

għall-applikazzjonijiet ta’ mmudellar, inkluż kif ir-riżultati mill-applikazzjonijiet ta’ mmudellar u l-kejl indikattiv għandhom jitqiesu meta tiġi vvalutata l-kwalità tal-arja u kif il-qabżiet potenzjali identifikati minn dawk il-metodi ta’ valutazzjoni jistgħu jiġu vverifikati;

(b)

għad-determinazzjoni tar-rappreżentattività spazjali tal-punti ta’ kampjunar.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 26(2).

Artikolu 8 8

8.   L-użu ta’ bijoindikaturi għandu jkun ikkunsidrat fejn se jiġu stmati x-xejriet reġjonali tal-impatt fuq ekosistemi, inkluż f’konformità mal-monitoraġġ li jsir skont id-Direttiva (UE) 2016/2284.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L2881
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.