4. Fejn jinqabeż kwalunkwe livell limitu ta’ allert jew kwalunkwe livell limitu ta’ informazzjoni stabbilit fit-Taqsima 4 tal-Anness I jew, meta jkun xieraq, jekk ikun imbassar li se jinqabeż abbażi tal-applikazzjonijiet ta’ mmudellar jew għodod ta’ tbassir oħra, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jinformaw lill-pubbliku fl-inqas perjodu ta’ żmien possibbli u kemm jista’ jkun fi żmien ftit sigħat, f’konformità mal-punti 2 u 3 ta-Anness X, billi jintużaw media u kanali tal-komunikazzjoni differenti u jiġi żgurat aċċess pubbliku wiesa’.