+Artikolu 15 Qabżiet tal-livelli limitu ta’ allert jew tal-livelli limitu ta’ informazzjoni
---+Artikolu 15 1
---+Artikolu 15 2
---+Artikolu 15 3
---+Artikolu 15 4
---+Artikolu 15 5

Artikolu 15 Qabżiet tal-livelli limitu ta’ allert jew tal-livelli limitu ta’ informazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 15 1

1.   Il-livelli limitu ta’ allert għall-konċentrazzjonijiet tad-diossidu tal-kubrit, tal-materja partikolata (PM10 u PM2,5) u tal-ożonu fl-arja ambjentali għandhom ikunu dawk stabbiliti fit-Taqsima 4, il-Punt A, tal-Anness I.

Artikolu 15 2

2.   Il-livelli limitu ta’ informazzjoni għall-konċentrazzjonijiet tad-diossidu tal-kubrit, tad-diossidu tan-nitroġenu, tal-materja partikolata (PM10 u PM2,5) u tal-ożonu għandhom ikunu dawk stabbiliti fit-Taqsima 4, il-Punt B, tal-Anness I.

Artikolu 15 3

3.   Meta jinqabeż kwalunkwe livell limitu ta’ allert stabbilit fit-Taqsima 4, il-Punt A, tal-Anness I jew, meta jkun xieraq, jekk ikun imbassar li se jinqabeż abbażi ta’ applikazzjonijet tal-immudellar jew għodod ta’ tbassir oħra, l-Istati Membri għandhom, meta jkun xieraq, jimplimentaw mingħajr dewmien żejjed il-miżuri ta’ emerġenza indikati fil-pjanijiet ta’ azzjoni għal żmien qasir stabbiliti skont l-Artikolu 20.

Artikolu 15 4

4.   Fejn jinqabeż kwalunkwe livell limitu ta’ allert jew kwalunkwe livell limitu ta’ informazzjoni stabbilit fit-Taqsima 4 tal-Anness I jew, meta jkun xieraq, jekk ikun imbassar li se jinqabeż abbażi tal-applikazzjonijiet ta’ mmudellar jew għodod ta’ tbassir oħra, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jinformaw lill-pubbliku fl-inqas perjodu ta’ żmien possibbli u kemm jista’ jkun fi żmien ftit sigħat, f’konformità mal-punti 2 u 3 ta-Anness X, billi jintużaw media u kanali tal-komunikazzjoni differenti u jiġi żgurat aċċess pubbliku wiesa’.

Artikolu 15 5

5.   L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu miżuri protettivi aktar iebsa, inklużi livelli limitu ta’ allert jew livelli limitu ta’ informazzjoni li jkunu aktar iebsa minn dawk imsemmija f’dan l-Artikolu, f’konformità mal-Artikolu 193 tat-TFUE. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw tali miżuri lill-Kummissjoni fi tliet xhur mill-adozzjoni tagħhom.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L2881
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.