+Artikolu 16 Kontributi minn sorsi naturali
---+Artikolu 16 1
---+Artikolu 16 2
---+Artikolu 16 3
---+Artikolu 16 4
|
Artikolu 16 Kontributi minn sorsi naturali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 16 1
|
1. L-Istati Membri jistgħu, għal sena partikolari, jidentifikaw:
|
(a)
|
żoni fejn il-qabżiet tal-valuri limitu għal sustanza niġġiesa partikolari ikunu attribwibbli lil sorsi naturali; u
|
|
(b)
|
unitajiet territorjali tal-esponiment medju, fejn il-qabżiet tal-livell determinat mill-obbligi tat-tnaqqis tal-esponiment medju huma attribwibbli għal sorsi naturali.
|
|
|
Artikolu 16 2
|
2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni listi ta’ kwalunkwe tali żona u unità territorjali tal-esponiment medju, kif imsemmi fil-paragrafu 1, flimkien ma’ informazzjoni dwar il-konċentrazzjonijiet u s-sorsi u l-evidenza li juru li l-qabżiet huma attribwibbli lil sorsi naturali.
|
|
Artikolu 16 3
|
3. Meta l-Kummissjoni tiġi informata dwar qabża minn sorsi naturali f’konformità mal-paragrafu 2, dik il-qabża m’għandhiex tkun ikkunsidrata bħala qabża għall-finijiet ta’ din id-Direttiva. Jekk il-Kummissjoni tqis li l-evidenza pprovduta minn Stat Membru mhijiex biżżejjed, hija għandha tinforma lil dak l-Istat Membru li l-qabża mhijiex meqjusa bħala attribwibbli għal sorsi naturali sakemm dak l-Istat Membru jipprovdi informazzjoni addizzjonali xierqa.
|
|
Artikolu 16 4
|
4. Sal-31 ta’ Diċembru 2026, il-Kummissjoni għandha tipprovdi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, dettalji tekniċi dwar id-dimostrazzjoni u t-tnaqqis ta’ qabżiet attribwibbli għal sorsi naturali. Tali dettalji tekniċi għandhom jispeċifikaw il-kontenut tal-evidenza li għandha tiġi pprovduta mill-Istati Membri skont il-paragrafu 2.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 26(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L2881
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|