3. Il-Kummissjoni għandha tiġi infurmata u mistiedna biex tkun preżenti jew tassisti fi kwalunkwe kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Istati Membri kkonċernati jipprovdu aġġornament dwar il-progress fl-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe attività koordinata stabbilita skont dak il-paragrafu. Meta jkun xieraq, il-Kummissjoni għandha, filwaqt li tqis ir-rapporti stabbiliti skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva (UE) 2016/2284, tikkunsidra jekk għandhiex tittieħed azzjoni ulterjuri fil-livell tal-Unjoni sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet prekursuri responsabbli għat-tniġġis transkonfini.