+Artikolu 21 Tniġġis transkonfini tal-arja
---+Artikolu 21 1
---+Artikolu 21 2
---+Artikolu 21 3
---+Artikolu 21 4
---+Artikolu 21 5
---+Artikolu 21 6
---+Artikolu 21 7
|
Artikolu 21 Tniġġis transkonfini tal-arja
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 21 1
|
1. Meta t-trasport transkonfini tat-tniġġis tal-arja minn Stat Membru wieħed jew iktar jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-qabża ta’ kwalunkwe valur limitu, valur fil-mira għall-ożonu, obbligu tat-tnaqqis tal-esponiment medju jew livell limitu ta’ allert fi Stat Membru ieħor, dak l-Istat Membru l-ieħor għandu jinnotifika lill-Istati Membri li minnhom ikun oriġina t-tniġġis u lill-Kummissjoni dwar dan.
|
|
Artikolu 21 2
|
2. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkooperaw ma’ xulxin, inkluż billi jistabbilixxu timijiet konġunti ta’ esperti u bl-appoġġ tekniku mill-Kummissjoni, biex jidentifikaw is-sorsi tat-tniġġis tal-arja, il-kontributi ta’ dawk is-sorsi għall-qabżiet fi Stat Membru ieħor u l-miżuri li għandhom jittieħdu individwalment u f’koordinazzjoni ma’ Stati Membri oħra biex jindirizzaw dawk is-sorsi, u jfasslu attivitajiet koordinati, bħall-koordinazzjoni tal-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja skont l-Artikolu 19, li fihom kull Stat Membru għandu jindirizza s-sorsi tat-tniġġis li jinsabu fit-territorju tiegħu, sabiex jitneħħew tali qabżiet.
L-Istati Membri għandhom iwieġbu lil xulxin fil-ħin, u jinfurmaw lill-Kummissjoni, mhux iktar tard minn tliet xhur wara li jkunu ġew notifikati minn Stat Membru ieħor f’konformità mal-ewwel subparagrafu.
|
|
Artikolu 21 3
|
3. Il-Kummissjoni għandha tiġi infurmata u mistiedna biex tkun preżenti jew tassisti fi kwalunkwe kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Istati Membri kkonċernati jipprovdu aġġornament dwar il-progress fl-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe attività koordinata stabbilita skont dak il-paragrafu. Meta jkun xieraq, il-Kummissjoni għandha, filwaqt li tqis ir-rapporti stabbiliti skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva (UE) 2016/2284, tikkunsidra jekk għandhiex tittieħed azzjoni ulterjuri fil-livell tal-Unjoni sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet prekursuri responsabbli għat-tniġġis transkonfini.
|
|
Artikolu 21 4
|
4. L-Istati Membri għandhom, meta dan ikun xieraq skont l-Artikolu 20, iħejju u jimplimentaw pjanijiet ta’ azzjoni kkoordinati għal żmien qasir, li jkopru żoni ġirien fi Stati Membri oħra. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li żoni ġirien fi Stati Membri oħra jirċievu l-informazzjoni adegwata kollha dwar dawk il-pjanijiet ta’ azzjoni għal żmien qasir mingħajr dewmien bla bżonn.
|
|
Artikolu 21 5
|
5. Meta l-livelli limitu ta’ allert jew il-livelli limitu ta’ informazzjoni jinqabżu f’żoni qrib il-fruntieri nazzjonali, l-informazzjoni dwar dawn il-qabżiet għandha tiġi pprovduta mill-iktar fis lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri ġirien ikkonċernati. Dik l-informazzjoni għandha titqiegħed ukoll għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.
|
|
Artikolu 21 6
|
6. Fin-notifika msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu, għas-sena rilevanti, jidentifikaw:
|
(a)
|
żoni li fihom it-trasport transkonfini tat-tniġġis tal-arja minn Stat Membru wieħed jew iktar jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-qabżiet tal-valuri limitu jew tal-valuri fil-mira f’dawk iż-żoni;
|
|
(b)
|
unitajiet territorjali ta’ esponiment medju, li fihom it-trasport transkonfini tat-tniġġis tal-arja minn Stat Membru wieħed jew iktar jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-qabżiet tal-livell iddeterminat mill-obbligi tat-tnaqqis tal-esponiment medju f’dawk l-unitajiet.
|
Stat Membru jista’ wkoll jipprovdi lill-Istati Membri kkonċernati u lill-Kummissjoni l-listi ta’ kwalunkwe tali żona u unità territorjali tal-esponiment medju flimkien ma’ informazzjoni dwar il-konċentrazzjonijiet u l-evidenza li turi li t-tniġġis tal-arja minn sorsi transkonfini, inkluż minn pajjiżi terzi, li fuqhom dak l-Istat Membru ma għandu l-ebda kontroll dirett, jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-qabżiet. Il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra dik l-informazzjoni, meta dan ikun rilevanti, għall-finijiet tal-Artikolu 18.
|
|
Artikolu 21 7
|
7. Meta jistabbilixxu l-pjanijiet kif previst fil-paragrafi 2 u 4 u meta jgħarrfu lill-pubbliku kif imsemmi fil-paragrafu 5, l-Istati Membri għandhom, meta jkun xieraq, jagħmlu sforz sabiex ifittxu l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, u partikolarment mal-pajjiżi kandidati. L-Istati Membri jistgħu, meta jkun xieraq, jitolbu appoġġ tekniku mill-Kummissjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L2881
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|