+Artikolu 29 Penali
---+Artikolu 29 1
---+Artikolu 29 2
|
Artikolu 29 Penali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 29 1
|
1. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri skont id-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23), l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom, mingħajr dewmien, jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dawk ir-regoli u dawk il-miżuri u għandhom jinnotifikawha, mingħajr dewmien, bi kwalunkwe emenda sussegwenti li tolqothom.
|
|
Artikolu 29 2
|
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-penali stabbiliti skont il-paragrafu 1 iqisu kif xieraq dawn iċ-ċirkostanzi li ġejjin, skont kif ikun applikabbli:
|
(a)
|
in-natura, il-gravità, il-firxa u d-durata tal-ksur;
|
|
(b)
|
l-impatt fuq il-popolazzjoni, inklużi l-popolazzjoni sensittiva u l-grupp vulnerabbli, jew l-ambjent affettwat mill-ksur, filwaqt li jitqies l-għan li jinkiseb livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent;
|
|
(c)
|
il-karattru ripetittiv jew singulari tal-ksur, inkluża kwalunkwe riċevuta preċedenti ta’ penali ta’ twissija, jew kwalunkwe penali amministrattiva jew kriminali;
|
|
(d)
|
il-benefiċċji ekonomiċi derivati mill-ksur għall-persuna fiżika jew ġuridika li tinżamm responsabbli, sa fejn dan ikun jista’ jiġi ddeterminat;
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L2881
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|