+Artikolu 8 Irkupru u qerda
---+Artikolu 8 1.
---+Artikolu 8 2.
---+Artikolu 8 3.
---+Artikolu 8 4.
---+Artikolu 8 5.
---+Artikolu 8 6.
---+Artikolu 8 7.
---+Artikolu 8 8.
---+Artikolu 8 9.
---+Artikolu 8 10.
---+Artikolu 8 11.
---+Artikolu 8 12.
---+Artikolu 8 13.
|
Artikolu 8 Irkupru u qerda
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 8 1.
|
L-operaturi ta’ tagħmir li jkun fih gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, li ma humiex inklużi f’fowms, għandhom jiżguraw li dawk is-sustanzi jiġu rkuprati u, wara d-dekummissjonar tat-tagħmir, jiġu riċiklati, reklamati jew meqruda. L-irkupru ta’ dawk is-sustanzi għandu jitwettaq minn persuni fiżiċi li jkollhom iċ-ċertifikati rilevanti previsti fl-Artikolu 10.
|
|
Artikolu 8 2.
|
L-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 għandu japplika għall-operaturi ta’ kwalunkwe wieħed mit-tagħmir stazzjonarju li ġej:
(a)
iċ-ċirkwiti ta’ tkessiħ ta’ refriġerazzjoni, ta’ tagħmir tal-arja kundizzjonata u ta’ pompi tas-sħana;
(b)
tagħmir li fih solventi solventi b’bażi ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra;
(c)
tagħmir ta’ protezzjoni min-nar;
|
|
Artikolu 8 3.
|
L-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 għandu japplika għall-operaturi ta’ kwalunkwe wieħed mit-tagħmir mobbli li ġej:
(a)
iċ-ċirkwiti ta’ tkessiħ ta’ unitajiet ta’ refriġerazzjoni ta’ trakkijiet u ta’ trejlers refriġerati;
(b)
iċ-ċirkwiti ta’ tkessiħ ta’ unitajiet ta’ refriġerazzjoni ta’ vetturi ħfief refriġerati u kontejners intermodali, inklużi reefers, u vaguni tal-ferrovija;
(c)
iċ-ċirkwiti ta’ tkessiħ tat-tagħmir tal-arja kundizzjonata u tal-pompi tas-sħana f’vetturi tqal, vannijiet, makkinarju mobbli mhux tat-triq użat fl-agrikoltura, fl-operazzjonijiet tal-minjieri u tal-kostruzzjoni, fil-ferroviji, fil-metros, fit-trammijiet u fl-inġenji tal-ajru.
|
|
Artikolu 8 4.
|
Għall-irkupru ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra minn tagħmir tal-arja kundizzjonata f’vetturi bil-mutur li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2006/40/KE u minn tagħmir mobbli msemmi fl-paragrafu (3), il-punti (b) u (c), huma biss il-persuni fiżiċi li jkollhom mill-inqas attestazzjoni ta’ taħriġ f’konformità mal-Artikolu 10(1), it-tieni subparagrafu, ta’ dan ir-Regolament, li għandhom jitqiesu li huma kwalifikati kif xieraq.
|
|
Artikolu 8 5.
|
L-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 għandu japplika għall-operaturi tat-tagħmir mobbli skont il-paragrafu 3, il-punti (b) u (c), mit-12 ta’ Marzu 2027.
|
|
Artikolu 8 6.
|
Kwalunkwe gass fluworurat b’effett ta’ serra rkuprat elenkat fl-Anness I u fit-Taqsima 1 tal-Anness II, ma għandux jintuża għall-mili jew għall-mili mill-ġdid ta’ tagħmir sakemm il-gass ma jkunx ġie rriċiklat jew irreklamat.
|
|
Artikolu 8 7.
|
Eżatt qabel ma tarmih, impriża li tuża kontenitur b’gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra elenkati fl-Anness I u fit-Taqsima 1 tal-Anness II, għandha tagħmel arranġamenti għall-irkupru ta’ kwalunkwe gass residwu sabiex tiżgura li jiġu rriċiklati, irreklamati jew jinqerdu.
|
|
Artikolu 8 8.
|
Mill-1 ta’ Jannar 2025, is-sidien u l-kuntratturi tal-bini għandhom jiżguraw li, matul ir-rinnovazzjoni, ir-rikondizzjonar jew l-attivitajiet ta’ demolizzjoni li jimplikaw it-tneħħija ta’ pannelli tal-fowm li jkun fihom fowms b’gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra elenkati fl-Anness I u fit-Taqsima 1 tal-Anness II, l-emissjonijiet jiġu evitati sa fejn ikun possibbli permezz tat-trattament tal-fowms jew tal-gassijiet li jinsabu fihom b’mod li jiżgura l-qerda ta’ dawk il-gassijiet. Fil-każ tal-irkupru ta’ dawk il-gassijiet, l-irkupru għandu jitwettaq biss minn persuni fiżiċi kkwalifikati kif xieraq.
|
|
Artikolu 8 9.
|
Mill-1 ta’ Jannar 2025, is-sidien u l-kuntratturi tal-bini għandhom jiżguraw, li matul ir-rinnovazzjoni, ir-rikondizzjonar jew l-attivitajiet ta’ demolizzjoni li jimplikaw it-tneħħija ta’ fowms f’bordijiet laminati installati f’kavitajiet jew fi strutturi mibnijin li fihom gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra elenkati fl-Anness I u fit-Taqsima 1 tal-Anness II, l-emissjonijiet jiġu evitati sa fejn ikun possibbli permezz ta’ trattament tal-fowms jew il-gassijiet li jinsabu fihom b’mod li jiżgura l-qerda ta’ dawk il-gassijiet. Fil-każ tal-irkupru ta’ dawk il-gassijiet, l-irkupru għandu jitwettaq biss minn persuni fiżiċi kkwalifikati kif xieraq. Meta lit-tneħħija tal-fowms imsemmija fl-ewwel subparagrafu ma jkunx teknikament fattibbli, is-sid jew il-kuntrattur tal-bini għandu jfassal dokumentazzjoni li tipprovdi evidenza dwar l-infattibbiltà tat-tneħħija fil-każ speċifiku. Tali dokumentazzjoni għandha tinżamm għal 5 snin u għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni, fuq talba, tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat jew tal-Kummissjoni.
|
|
Artikolu 8 10.
|
L-operaturi ta’ prodotti u ta’ tagħmir mhux elenkati fil-paragrafu 2, 3, 8 jew 9 li fihom gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra elenkati fl-Anness I u fit-Taqsima 1 tal-Anness II, għandhom jagħmlu arranġamenti għall-irkupru tal-gassijiet, sakemm ma jkunx jista’ jiġi stabbilit li dan ma jkunx teknikament fattibbli jew jinvolvi kostijiet sproporzjonati. L-operaturi għandhom jiżguraw li l-irkupru jitwettaq minn persuni fiżiċi kwalifikati kif xieraq, sabiex il-gassijiet jiġu rriċiklati, irreklamati jew jinqerdu jew għandhom jagħmlu arranġamenti għall-qerda tagħhom mingħajr irkupru minn qabel. L-irkupru ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra elenkati fl-Anness I u fit-Taqsima 1 tal-Anness II, minn tagħmir tal-arja kundizzjonata f’vetturi tat-triq li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2006/40/KE għandu jitwettaq biss minn persuni fiżiċi li mill-inqas ikollhom attestazzjoni ta’ taħriġ f’konformità mal-Artikolu 10(1), it-tieni subparagrafu, ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 8 11.
|
Il-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra elenkati fit-Taqsima 1 tal-Anness I, u l-prodotti u t-tagħmir li fihom tali gassijiet, għandhom jinqerdu biss minn teknoloġija ta’ qerda li tkun ġiet approvata mill-Partijiet għall-Protokoll. Gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra oħrajn li għalihom ma tkunx ġiet approvata teknoloġija ta’ qerda, għandhom jinqerdu biss permezz tat-teknoloġija ta’ qerda li tikkonforma mal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali dwar l-iskart u meta jiġu ssodisfati rekwiżiti addizzjonali skont tali liġi.
|
|
Artikolu 8 12.
|
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 32 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi lista ta’ prodotti u ta’ tagħmir li għalihom l-irkupru ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra elenkati fl-Anness I u fit-Taqsima 1 tal-Anness II, jew il-qerda ta’ prodotti u ta’ tagħmir li fihom gassijiet bħal dawn mingħajr irkupru minn qabel ta’ dawk il-gassijiet għandhom jitqiesu teknikament u ekonomikament fattibbli, filwaqt li tiġi speċifikata, jekk ikun xieraq, it-teknoloġija li għandha tiġi applikata.
|
|
Artikolu 8 13.
|
L-Istati Membri għandhom jippromwovu l-irkupru, ir-riċiklaġġ, ir-reklamazzjoni u l-qerda ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra elenkati fl-Annessi I u II.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R0573
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|