+Artikolu 11 4.

Artikolu 11 4.

Impriżi li jqiegħdu fis-suq kontenituri li jistgħu jerġgħu jimtlew għal gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra għandhom jipproduċu dikjarazzjoni ta’ konformità li tinkludi evidenza li tikkonferma li hemm arranġamenti vinkolanti stabbiliti biex dawk il-kontenituri jiġi rritornat għall-fini li jimtela mill-ġdid, u li b’mod partikolari tidentifika l-atturi rilevanti, l-impenji obbligatorji tagħhom u l-arranġamenti loġistiċi rilevanti. Dawk l-arranġamenti għandhom ikunu vinkolanti fuq id-distributuri tal-kontenituri li jistgħu jerġgħu jimtlew għall-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra lill-utent aħħari.

L-impriżi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom iżommu d-dikjarazzjoni ta’ konformità għal perjodu ta’ mill-inqas 5 snin mit-tqegħid fis-suq tal-kontenituri li jistgħu jerġgħu jimtlew għal gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra u għandhom jagħmlu dik id-dikjarazzjoni disponibbli, fuq talba, għall-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat jew għall-Kummissjoni. Il-fornituri tal-kontenituri li jistgħu jerġgħu jimtlew għal gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra li fornihom lill-utenti aħħarin għandhom iżommu evidenza tal-konformità ma’ dawk l-arranġamenti msemmija fl-ewwel subparagrafu għal perjodu ta’ mill-inqas 5 snin mill-forniment lill-utent aħħari u għandhom jagħmlu dik l-evidenza disponibbli, fuq talba, għall-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat jew għall-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddetermina r-rekwiżiti biex jiġu inklużi l-elementi li huma essenzjali għall-arranġamenti vinkolanti msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu fid-dikjarazzjoni ta’ konformità. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 34(2).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R0573
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.