+Artikolu 11 Restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq u fuq il-bejgħ
---+Artikolu 11 1.
---+Artikolu 11 2.
---+Artikolu 11 3.
---+Artikolu 11 4.
---+Artikolu 11 5.
---+Artikolu 11 6.
---+Artikolu 11 7.
---+Artikolu 11 8.
|
Artikolu 11 Restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq u fuq il-bejgħ
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 11 1.
|
It-tqegħid fis-suq tal-prodotti u tat-tagħmir, inklużi partijiet tagħhom, elenkati fl-Anness IV, b’eżenzjoni għal tagħmir militari, għandu jkun projbit mid-data speċifikata f’dak l-Anness, filwaqt li ssir distinzjoni, fejn ikun applikabbli, skont it-tip jew il-potenzjal ta’ tisħin globali tal-gass li jkun hemm fihom. B’deroga mill-ewwel subparagrafu, it-tqegħid fis-suq ta’ partijiet ta’ prodotti u ta’ tagħmir meħtieġa għat-tiswija u s-servizzjar ta’ tagħmir eżistenti elenkat fl-Anness IV huwa permess dment li t-tiswija jew is-servizzjar ma jirriżultawx fi:
(a)
żieda fil-kapaċità tal-prodott jew tat-tagħmir;
(b)
żieda fl-ammont ta’ gass fluworurat b’effett ta’ serra li jinsab fil-prodott jew fit-tagħmir; jew
(c)
bidla fit-tip ta’ gass fluworurat b’effett ta’ serra użat li jwassal għal żieda fil-potenzjal ta’ tisħin globali tal-gass fluworurat b’effett ta’ serra użat.
Il-prodotti u t-tagħmir, inklużi partijiet minnhom, imqegħdin illegalment fis-suq wara d-data msemmija fl-ewwel subparagrafu, ma għandhomx sussegwentement jintużaw jew jiġu forniti, jew jitqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’ persuni oħrajn fl-Unjoni għall-ħlas jew mingħajr ħlas, jew jiġu esportati. L-esportazzjoni mill-ġdid ta’ tali prodotti u tagħmir hija permessa meta n-nuqqas ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament ikun ġie stabbilit qabel ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera tal-merkanzija għall-iskop tal-importazzjoni, f’konformità mal-miżuri msemmija fl-Artikolu 23(12). Tali prodotti u tagħmir jistgħu jinħażnu jew jiġu ttrasportati biss għar-rimi sussegwenti u għall-irkupru tal-gass qabel ir-rimi skont l-Artikolu 8 jew għall-esportazzjoni mill-ġdid tagħhom. L-esportazzjoni mill-ġdid ta’ prodotti u ta’ tagħmir li għalihom ikun ġie stabbilit in-nuqqas ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament qabel ir-rilaxx tagħhom għaċ-ċirkolazzjoni libera tkun permessa. F’tali każijiet l-Artikolu 22(3) ma għandux japplika. Sena wara d-dati individwali elenkati fl-Anness IV, il-provvista jew it-tqegħid sussegwenti għad-dispożizzjoni lil persuna oħra fl-Unjoni għall-ħlas jew mingħajr ħlas ta’ prodotti jew ta’ tagħmir imqegħdin legalment fis-suq qabel id-data msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu permessi biss jekk tiġi pprovduta evidenza li l-prodott jew it-tagħmir tqiegħed legalment fis-suq qabel dik id-data.
|
|
Artikolu 11 2.
|
Il-projbizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, ma għandhiex tapplika għal tagħmir li, skont ir-rekwiżiti ta’ ekodisinn adottati skont id-Direttiva 2009/125/KE, għalih ġie stabbilit li l-emissjonijiet ekwivalenti għas-CO2 matul iċ-ċiklu tal-ħajja jkunu anqas minn dawk ta’ tagħmir ekwivalenti li jissodisfa dawk ir-rekwiżiti ta’ ekodisinn rilevanti.
|
|
Artikolu 11 3.
|
Minbarra l-projbizzjonijiet tat-tqegħid fis-suq stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness IV, il-punt l-importazzjoni, kwalunkwe provvista sussegwenti jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni għal persuni oħrajn fl-Unjoni bi ħlas jew mingħajr ħlas, l-użu jew l-esportazzjoni ta’ kontenituri li ma jistgħux jerġgħu jimtlew għall-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra elenkati fl-Anness I u fit-Taqsima 1 tal-Anness II, vojta, jew mimlijin kompletament jew parzjalment, għandu jkun ipprojbit. Tali kontenituri jistgħu jinħażnu jew jiġu ttrasportati biss għar-rimi sussegwenti. Dan il-paragrafu ma japplikax għal kontenituri għal użi fil-laboratorji jew analitiċi ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra. L-ewwel subparagrafu għandu japplika għal kontenituri li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, jiġifieri:
(a)
kontenituri li ma jistgħux jerġgħu jimtlew mingħajr ma jiġu adattati għal dak l-għan; u
(b)
kontenituri li jistgħu jerġgħu jimtlew iżda li huma importati jew li jitqiegħdu fis-suq mingħajr ma jkun sar provvediment għar-ritorn tagħhom għall-mili mill-ġdid.
|
|
Artikolu 11 4.
|
Impriżi li jqiegħdu fis-suq kontenituri li jistgħu jerġgħu jimtlew għal gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra għandhom jipproduċu dikjarazzjoni ta’ konformità li tinkludi evidenza li tikkonferma li hemm arranġamenti vinkolanti stabbiliti biex dawk il-kontenituri jiġi rritornat għall-fini li jimtela mill-ġdid, u li b’mod partikolari tidentifika l-atturi rilevanti, l-impenji obbligatorji tagħhom u l-arranġamenti loġistiċi rilevanti. Dawk l-arranġamenti għandhom ikunu vinkolanti fuq id-distributuri tal-kontenituri li jistgħu jerġgħu jimtlew għall-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra lill-utent aħħari. L-impriżi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom iżommu d-dikjarazzjoni ta’ konformità għal perjodu ta’ mill-inqas 5 snin mit-tqegħid fis-suq tal-kontenituri li jistgħu jerġgħu jimtlew għal gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra u għandhom jagħmlu dik id-dikjarazzjoni disponibbli, fuq talba, għall-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat jew għall-Kummissjoni. Il-fornituri tal-kontenituri li jistgħu jerġgħu jimtlew għal gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra li fornihom lill-utenti aħħarin għandhom iżommu evidenza tal-konformità ma’ dawk l-arranġamenti msemmija fl-ewwel subparagrafu għal perjodu ta’ mill-inqas 5 snin mill-forniment lill-utent aħħari u għandhom jagħmlu dik l-evidenza disponibbli, fuq talba, għall-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat jew għall-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddetermina r-rekwiżiti biex jiġu inklużi l-elementi li huma essenzjali għall-arranġamenti vinkolanti msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu fid-dikjarazzjoni ta’ konformità. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 34(2).
|
|
Artikolu 11 5.
|
B’segwitu għal talba ssostanzjata minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru u b’kont meħud tal-objettivi ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista’, eċċezzjonalment, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tawtorizza eżenzjoni għal mhux aktar minn 4 snin sabiex tippermetti t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti u ta’ tagħmir elenkati fl-Anness IV, jew b’deroga mill-Artikolu 13(9), it-tħaddim ta’ kommutaturi elettriċi ġodda jew estiżi, inklużi partijiet tagħhom, li jkun fihom gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi minn dawk il-gassijiet, meta jintwera li:
(a)
għal prodott speċifiku jew biċċa tagħmir speċifiku, jew għal kategorija speċifika ta’ prodotti jew ta’ tagħmir, ma jkunux disponibbli alternattivi, jew dawn ma jistgħux jintużaw għal raġunijiet tekniċi jew ta’ sikurezza; jew
(b)
l-użu ta’ alternattivi teknikament fattibbli u sikuri jkun jinvolvi kostijiet sproporzjonati.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 34(2).
|
|
Artikolu 11 6.
|
Huma biss il-persuni fiżiċi li għandhom ċertifikat meħtieġ skont l-Artikolu 10(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), jew impriżi li jimpjegaw persuni fiżiċi li għandhom ċertifikat meħtieġ skont l-Artikolu 10(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), jew attestazzjoni ta’ taħriġ meħtieġa skont l-Artikolu 10(1), it-tieni subparagrafu, għandhom jitħallew jixtru gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra elenkati fl-Anness I jew fit-Taqsima 1 tal-Anness II, għall-fini tat-twettiq tal-installazzjoni, tal-manutenzjoni jew tas-servizzjar, jew tat-tiswija tat-tagħmir li fih dawk il-gassijiet, jew li l-funzjonament tiegħu jiddependi minn dawk il-gassijiet, imsemmija fl-Artikolu 5(2), il-punti (a) sa (f), u l-Artikolu 5(3), il-punti (a) u (b), u koperti taħt l-Artikolu 10(1), it-tieni subparagrafu. Il-bejjiegħa għandhom ibigħu jew joffru għall-bejgħ, direttament jew indirettament, tali gassijiet esklużivament lill-impriżi msemmija f’dan il-paragrafu. Dan il-paragrafu ma għandux jipprevjeni lill-impriżi mhux iċċertifikati li ma jwettqux l-attivitajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu milli jiġbru, jittrasportaw jew li jwasslu gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra elenkati fl-Anness I u fit-Taqsima 1 tal-Anness II.
|
|
Artikolu 11 7.
|
Tagħmir mhux ermetikament issiġillat iċċarġjat b’gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra elenkati fl-Anness I u fit-Taqsima 1 tal-Anness II, jista’ jinbiegħ biss lil utent aħħari meta tingħata prova li l-installazzjoni għandha titwettaq minn impriża ċertifikata f’konformità mal-Artikolu 10.
|
|
Artikolu 11 8.
|
Huma biss l-impriżi bi stabbiliment fl-Unjoni, jew li jkunu ħatru rappreżentant uniku bi stabbiliment fl-Unjoni li jassumi responsabbiltà sħiħa għall-konformità ma’ dan ir-Regolament, li għandhom jitħallew iqiegħdu fis-suq u sussegwentement ifornu gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra bl-ingrossa. Ir-rappreżentant uniku jista’ jkun ir-rappreżentant maħtur skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R0573
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|