|
+Artikolu 11 5. |
Artikolu 11 5.B’segwitu għal talba ssostanzjata minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru u b’kont meħud tal-objettivi ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista’, eċċezzjonalment, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tawtorizza eżenzjoni għal mhux aktar minn 4 snin sabiex tippermetti t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti u ta’ tagħmir elenkati fl-Anness IV, jew b’deroga mill-Artikolu 13(9), it-tħaddim ta’ kommutaturi elettriċi ġodda jew estiżi, inklużi partijiet tagħhom, li jkun fihom gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi minn dawk il-gassijiet, meta jintwera li:
(a)
għal prodott speċifiku jew biċċa tagħmir speċifiku, jew għal kategorija speċifika ta’ prodotti jew ta’ tagħmir, ma jkunux disponibbli alternattivi, jew dawn ma jistgħux jintużaw għal raġunijiet tekniċi jew ta’ sikurezza; jew
(b)
l-użu ta’ alternattivi teknikament fattibbli u sikuri jkun jinvolvi kostijiet sproporzjonati. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 34(2). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|