|
+Artikolu 13 4. |
Artikolu 13 4.Mill-1 ta’ Jannar 2026, l-użu ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra elenkati fl-Anness I, b’potenzjal ta’ tisħin globali ta’ 2 500 jew aktar, għall-manutenzjoni jew għas-servizzjar ta’ tagħmir ta’ arja kundizzjonata u pompi tas-sħana għandu jkun ipprojbit. Il-projbizzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ma għandhiex tapplika għall-kategoriji ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra li ġejjin sal-1 ta’ Jannar 2032:
(a)
gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra reklamati elenkati fl-Anness I b’potenzjal ta’ tisħin globali ta’ 2 500 jew aktar użati għall-manutenzjoni jew għas-servizzjar ta’ tagħmir eżistenti ta’ arja kundizzjonata u pompi tas-sħana, dment li l-kontenituri li fihom dawk il-gassijiet ikunu ġew ittikkettati f’konformità mal-Artikolu 12(7);
(b)
gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra riċiklati elenkati fl-Anness I b’potenzjal ta’ tisħin globali ta’ 2 500 jew aktar użati għall-manutenzjoni jew għas-servizzjar ta’ tagħmir eżistenti ta’ arja kundizzjonata u pompi tas-sħana, dment li dawk il-gassijiet ikunu ġew irkuprati minn tali tagħmir; tali gassijiet riċiklati għandhom jintużaw biss mill-impriża li wettqet l-irkupru tagħhom bħala parti mill-manutenzjoni jew mis-servizzjar jew mill-impriża li għaliha twettaq l-irkupru bħala parti mill-manutenzjoni jew is-servizzjar. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|