+Artikolu 13 Kontroll tal-użu
---+Artikolu 13 1.
---+Artikolu 13 2.
---+Artikolu 13 3.
---+Artikolu 13 4.
---+Artikolu 13 5.
---+Artikolu 13 6.
---+Artikolu 13 7.
---+Artikolu 13 8.
---+Artikolu 13 9.
---+Artikolu 13 10.
---+Artikolu 13 11.
---+Artikolu 13 12.
---+Artikolu 13 13.
---+Artikolu 13 14.
---+Artikolu 13 15.
---+Artikolu 13 16.
---+Artikolu 13 17.
---+Artikolu 13 18.
---+Artikolu 13 19.
---+Artikolu 13 20.

Artikolu 13 Kontroll tal-użu

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 13 1.
L-użu tal-SF6 fil-pressofunditura tal-manjeżju u fir-riċiklaġġ tal-ligi tal-pressofunditura tal-manjeżju għandu jkun ipprojbit.
Artikolu 13 2.
L-użu tal-SF6 tal-kubrit sabiex jimtlew it-tajers tal-vetturi għandu jkun ipprojbit.
Artikolu 13 3.
L-użu ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, b’potenzjal ta’ tisħin globali ta’ 2 500 jew aktar, għall-manutenzjoni jew għas-servizzjar ta’ tagħmir ta’ refriġerazzjoni b’daqs ta’ ċarġ ta’ 40 tunnellata tal-ekwivalenti ta’ CO2 jew aktar, għandu jkun projbit. Mill-1 ta’ Jannar 2025, l-użu ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, b’potenzjal ta’ tisħin globali ta’ 2 500 jew aktar, għall-manutenzjoni jew għas-servizzjar ta’ kwalunkwe tagħmir ta’ refriġerazzjoni għandu jkun ipprojbit.

Il-projbizzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ma għandhiex tapplika għal tagħmir militari jew tagħmir intenzjonat għal applikazzjonijiet iddisinjati biex ikessħu l-prodotti għal temperaturi taħt - 50 °C.

Sal-1 ta’ Jannar 2030, il-projbizzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu ma għandhomx japplikaw għall-kategoriji ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra li ġejjin:

(a) 

gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra rreklamati elenkati fl-Anness I b’potenzjal ta’ tisħin globali ta’ 2 500 jew aktar użati għall-manutenzjoni jew għas-servizzjar ta’ tagħmir ta’ refriġerazzjoni eżistenti, dment li l-kontenituri li jkun fihom dawk il-gassijiet ikunu ġew ittikkettati f’konformità mal-Artikolu 12(7);

(b) 

gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra riċiklati elenkati fl-Anness I b’potenzjal ta’ tisħin globali ta’ 2 500 jew aktar użati għall-manutenzjoni jew għas-servizzjar ta’ tagħmir ta’ refriġerazzjoni eżistenti, dment li jkunu ġew irkuprati minn tali tagħmir; tali gassijiet riċiklati għandhom jintużaw biss mill-impriża li tkun wettqet l-irkupru tagħhom bħala parti mill-manutenzjoni jew mis-servizzjar jew mill-impriża li għaliha jkun twettaq l-irkupru bħala parti mill-manutenzjoni jew mis-servizzjar.

Il-projbizzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu ma għandhomx japplikaw għal tagħmir ta’ refriġerazzjoni li għalih tkun ġiet awtorizzata eżenzjoni f’konformità mal-Artikolu 11(5).

Artikolu 13 4.
Mill-1 ta’ Jannar 2026, l-użu ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra elenkati fl-Anness I, b’potenzjal ta’ tisħin globali ta’ 2 500 jew aktar, għall-manutenzjoni jew għas-servizzjar ta’ tagħmir ta’ arja kundizzjonata u pompi tas-sħana għandu jkun ipprojbit.

Il-projbizzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ma għandhiex tapplika għall-kategoriji ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra li ġejjin sal-1 ta’ Jannar 2032:

(a) 

gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra reklamati elenkati fl-Anness I b’potenzjal ta’ tisħin globali ta’ 2 500 jew aktar użati għall-manutenzjoni jew għas-servizzjar ta’ tagħmir eżistenti ta’ arja kundizzjonata u pompi tas-sħana, dment li l-kontenituri li fihom dawk il-gassijiet ikunu ġew ittikkettati f’konformità mal-Artikolu 12(7);

(b) 

gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra riċiklati elenkati fl-Anness I b’potenzjal ta’ tisħin globali ta’ 2 500 jew aktar użati għall-manutenzjoni jew għas-servizzjar ta’ tagħmir eżistenti ta’ arja kundizzjonata u pompi tas-sħana, dment li dawk il-gassijiet ikunu ġew irkuprati minn tali tagħmir; tali gassijiet riċiklati għandhom jintużaw biss mill-impriża li wettqet l-irkupru tagħhom bħala parti mill-manutenzjoni jew mis-servizzjar jew mill-impriża li għaliha twettaq l-irkupru bħala parti mill-manutenzjoni jew is-servizzjar.

Artikolu 13 5.
Mill-1 ta’ Jannar 2032, l-użu ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra elenkati fl-Anness I, b’potenzjal ta’ tisħin globali ta’ 750 jew aktar, għall-manutenzjoni jew għas-servizzjar ta’ tagħmir ta’ refriġerazzjoni stazzjonarju, bl-esklużjoni ta’ chillers għandu jkun ipprojbit.

Il-projbizzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ma għandhiex tapplika għal tagħmir militari jew għal tagħmir intenzjonat għal applikazzjonijiet iddisinjati għat-tkessiħ ta’ prodotti għal temperaturi taħt – 50 °C jew tagħmir intenzjonat għal applikazzjonijiet iddisinjati għat-tkessiħ ta’ impjanti tal-enerġija nukleari.

Il-projbizzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ma għandhiex tapplika għall-kategoriji ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra li ġejjin:

(a) 

gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra reklamati elenkati fl-Anness I b’potenzjal ta’ tisħin globali ta’ 750 jew aktar użati għall-manutenzjoni jew għas-servizzjar ta’ tagħmir eżistenti ta’ refriġerazzjoni stazzjonarju, bl-esklużjoni ta’ chillers, dment li kontenituri li fihom dawk il-gassijiet ikunu ġew ittikkettati f’konformità mal-Artikolu 12(7);

(b) 

gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra riċiklati elenkati fl-Anness I b’potenzjal ta’ tisħin globali ta’ 750 jew aktar użati għall-manutenzjoni jew għas-servizzjar ta’ tagħmir eżistenti ta’ refriġerazzjoni stazzjonarju, bl-esklużjoni ta’ chillers, dment li tali gassijiet ikunu ġew irkuprati minn tali tagħmir; tali gassijiet riċiklati għandhom jintużaw biss mill-impriża li tkun wettqet l-irkupru tagħhom bħala parti mill-manutenzjoni jew mis-servizzjar jew mill-impriża li għaliha jkun twettaq l-irkupru bħala parti mill-manutenzjoni jew mis-servizzjar.

Artikolu 13 6.
Wara talba ssostanzjata minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru u b’kont meħud tal-objettivi ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tivvaluta d-disponibbiltà ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra reklamati u riċiklati li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-paragrafi 4 u 5. Meta l-valutazzjoni tal-Kummissjoni tindika nuqqas ivverifikat ta’ gass fluworurat b’effett ta’ serra reklamat u riċiklat, il-Kummissjoni tista’, eċċezzjonalment, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tawtorizza eżenzjoni mill-projbizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4 jew 5, għal mhux aktar minn 4 snin, sal-punt meħtieġ biex jiġi indirizzat in-nuqqas identifikat. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 34(2).
Artikolu 13 7.

Mill-1 ta’ Jannar 2035, l-użu ta’ SF6 għall-manutenzjoni jew għas-servizzjar ta’ tagħmir ta’ kommutatur elettriku għandu jkun ipprojbit sakemm ma jiġix reklamat jew riċiklat, ħlief jekk jiġi ppruvat li SF6 reklamati jew riċiklati:

(a) 

ma jistgħux jintużaw għal raġunijiet tekniċi; jew

(b) 

ma jkunux disponibbli fil-każ ta’ sitwazzjoni ta’ tiswija ta’ emerġenza.

F’tali każijiet, l-utent għandu jipprovdi evidenza, fuq talba, li tistabbilixxi l-ġustifikazzjoni għall-użu lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat jew lill-Kummissjoni.

Dan il-paragrafu ma għandux japplika għal tagħmir militari.

Artikolu 13 8.
L-użu ta’ desfluran bħala anestetiku li jittieħed man-nifs għandu jkun ipprojbit mill-1 ta’ Jannar 2026, ħlief meta tali użu jkun strettament meħtieġ u, għal raġunijiet mediċi, ma jkun jista’ jintuża l-ebda anestetiku ieħor. L-istituzzjoni tal-kura tas-saħħa għandha żżomm evidenza tal-ġustifikazzjoni medika, u tipprovdiha, fuq talba, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat jew lill-Kummissjoni.
Artikolu 13 9.

It-tħaddim tal-kommutatur elettriku li ġej, li juża, jew li l-funzjonament tiegħu jkun jiddependi minn, gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra f’mezz iżolanti jew ta’ qtugħ għandu jkun ipprojbit kif ġej:

(a) 

mill-1 ta’ Jannar 2026, kommutatur elettriku ta’ vultaġġ medju għad-distribuzzjoni primarja u sekondarja sa u inkluż 24 kV;

(b) 

mill-1 ta’ Jannar 2030, kommutatur elettriku ta’ vultaġġ medju għad-distribuzzjoni primarja u sekondarja minn aktar minn 24 kV sa u inkluż 52 kV;

▼C1

(c) 

mill-1 ta’ Jannar 2028, kommutatur elettriku ta’ vultaġġ għoli minn aktar minn 52 kV sa u inkluż 145 kV u sa u inkluż 50 kA ta’ kurrent ta’ ċirkwit qasir, b’potenzjal ta' tisħin globali ta’ 1 jew aktar;

▼B

(d) 

mill-1 ta’ Jannar 2032, kommutatur elettriku ta’ vultaġġ għoli ta’ aktar minn 145 kV jew aktar minn 50 kA ta’ kurrent ta’ ċirkwit qasir, b’potenzjal ta' tisħin globali ta’ 1 jew aktar.

Artikolu 13 10.
It-tneħħija mit-tħaddim ta’ kommutatur elettriku li jkun qed jopera fl-Unjoni u t-tħaddim sussegwenti ta’ dak il-kommutatur elettriku f’sit differenti fl-Unjoni ma għandhomx jitqiesu bħala tħaddim għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 13 11.

B’deroga mill-paragrafu 9, it-tħaddim ta’ kommutatur elettriku li juża jew li l-funzjonament tiegħu jkun jiddependi minn gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra bħala mezz iżolanti jew ta’ qtugħ b’potenzjal ta' tisħin globali ta’ anqas minn 1 000 huwa permess jekk, wara proċedura ta’ akkwist li tqis l-ispeċifiċitajiet tekniċi tat-tagħmir meħtieġ għall-użu speċifiku kkonċernat, tapplika waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

▼B

(a) 

matul l-ewwel sentejn wara d-dati rilevanti msemmija fil-paragrafu 9, il-punti (a) u (b), ma tkun waslet l-ebda offerta jew ikunu waslu biss offerti li joffru tagħmir minn manifattur wieħed ta’ kommutatur elettriku b’mezz iżolanti jew ta’ qtugħ li ma jużax gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra;

(b) 

matul l-ewwel sentejn wara d-dati rilevanti msemmija fil-paragrafu 9, il-punti (c) u (d), ma tkun waslet l-ebda offerta jew ikunu waslu biss offerti li joffru tagħmir minn manifattur wieħed ta’ kommutatur elettriku b’mezz iżolanti jew ta’ qtugħ b’potenzjal ta' tisħin globali ta’ anqas minn wieħed;

(c) 

wara l-perjodu ta’ sentejn imsemmi fil-punt (a), ma tkun waslet l-ebda offerta li toffri tagħmir minn manifattur wieħed ta’ kommutatur elettriku b’mezz iżolanti jew ta’ qtugħ li ma jużax gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra; jew

(d) 

wara l-perjodu ta’ sentejn imsemmi fil-punt (b), ma tkun waslet l-ebda offerta li toffri tagħmir minn manifattur wieħed ta’ kommutatur elettriku b’mezz iżolanti jew ta’ qtugħ b’potenzjal ta' tisħin globali ta’ anqas minn wieħed,

Artikolu 13 12.
B’deroga mill-paragrafu 11, it-tħaddim ta’ kommutaturi elettriċi b’mezz iżolanti jew ta’ qtugħ b’potenzjal ta' tisħin globali ta’ 1 000 jew aktar huwa permess jekk, wara proċedura ta’ akkwist li tqis l-ispeċifiċitajiet tekniċi tat-tagħmir meħtieġ għall-użu speċifiku kkonċernat, ma tkun waslet l-ebda offerta għal kommutatur elettriku b’mezz iżolanti jew ta’ qtugħ b’potenzjal ta' tisħin globali ta’ anqas minn 1 000 .
Artikolu 13 13.
Il-paragrafu 9 ma għandux japplika għal kommutatur elettriku li għalih ikun ġie stabbilit skont ir-rekwiżiti tal-ekodisinn adottati skont id-Direttiva 2009/125/KE, li l-emissjonijiet ekwivalenti għas-CO2 matul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu jkunu anqas minn dawk ta’ tagħmir ekwivalenti li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ ekodisinn rilevanti u jkun konformi mal-limiti tal-potenzjal ta' tisħin globali fil-paragrafu 9.
Artikolu 13 14.
Il-paragrafu 9 ma għandux japplika meta l-operatur jista’ jipprovdi evidenza li l-ordni għall-kommutatur elettriku tkun tqiegħdet qabel il-11 ta’ Marzu 2024.
Artikolu 13 15.
Il-paragrafu 9 ma għandux japplika meta l-apparati għall-estensjoni tal-kommutatur elettriku eżistenti li juża gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra b’potenzjal ta' tisħin globali aktar baxx mill-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra użati fil-kommutatur elettriku eżistenti ma jkunx kompatibbli mal-kommutatur elettriku eżistenti, u l-użu ta’ dawk l-apparati jkun jeħtieġ is-sostituzzjoni tal-kommutatur elettriku kollu eżistenti.
Artikolu 13 16.
Meta tapplika deroga elenkata fil-paragrafi 10, 11, 12, 13, 14 jew 15, l-operatur għandu jżomm dokumentazzjoni li tistabbilixxi l-evidenza għad-deroga għal mill-inqas 5 snin u għandu jagħmilha disponibbli, fuq talba, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat u lill-Kummissjoni.
Artikolu 13 17.
L-operatur għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn il-kommutatur elettriku jibda jitħaddem meta japplika deroga elenkata fil-paragrafi 11, 12, 14 jew 15.
Artikolu 13 18.
Partijiet ta’ tagħmir jistgħu jiġu installati għat-tiswija jew għas-servizzjar ta’ kommutatur elettriku eżistenti dment li ma jkun hemm l-ebda bidla tat-tip ta’ gass fluworurat b’effett ta’ serra użat li jwassal għal żieda fil-potenzjal ta’ tisħin globali tal-gass fluworurat b’effett ta’ serra użat jew għal żieda fl-ammont ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra li jinsabu fit-tagħmir.
Artikolu 13 19.

It-tħaddim ta’ kwalunkwe tagħmir jew l-utilizzazzjoni ta’ kwalunkwe prodott elenkat fil-punti 2(b), 4, 5(c), 7(b), (c) u (d), 8(b) sa (e), 9(b) sa (f), 11(c), 17(c) u 19(b) tal-Anness IV wara d-data ta’ projbizzjoni rispettiva speċifikata f’dawk il-punti għandu jkun ipprojbit sakemm l-operatur ma jkunx jista’ jipprovdi evidenza li:

(a) 

ir-rekwiżiti ta’ sikurezza rilevanti fil-post partikolari ma jippermettux l-installazzjoni ta’ tagħmir jew l-utilizzazzjoni tal-prodotti li jużaw gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra taħt il-valur potenzjal ta' tisħin globali speċifikat fil-projbizzjonijiet rispettivi; jew

(b) 

it-tagħmir jew il-prodott tqiegħed fis-suq qabel id-data ta’ projbizzjoni rilevanti stabbilita fl-Anness IV.

Artikolu 13 20.
L-operatur għandu jżomm dokumentazzjoni li tistabbilixxi l-evidenza msemmija fil-paragrafu 19 għal mill-inqas 5 snin u għandu jagħmilha disponibbli, fuq talba, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat jew lill-Kummissjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R0573
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.