|
+Artikolu 13 5. |
Artikolu 13 5.Mill-1 ta’ Jannar 2032, l-użu ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra elenkati fl-Anness I, b’potenzjal ta’ tisħin globali ta’ 750 jew aktar, għall-manutenzjoni jew għas-servizzjar ta’ tagħmir ta’ refriġerazzjoni stazzjonarju, bl-esklużjoni ta’ chillers għandu jkun ipprojbit. Il-projbizzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ma għandhiex tapplika għal tagħmir militari jew għal tagħmir intenzjonat għal applikazzjonijiet iddisinjati għat-tkessiħ ta’ prodotti għal temperaturi taħt – 50 °C jew tagħmir intenzjonat għal applikazzjonijiet iddisinjati għat-tkessiħ ta’ impjanti tal-enerġija nukleari. Il-projbizzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ma għandhiex tapplika għall-kategoriji ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra li ġejjin:
(a)
gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra reklamati elenkati fl-Anness I b’potenzjal ta’ tisħin globali ta’ 750 jew aktar użati għall-manutenzjoni jew għas-servizzjar ta’ tagħmir eżistenti ta’ refriġerazzjoni stazzjonarju, bl-esklużjoni ta’ chillers, dment li kontenituri li fihom dawk il-gassijiet ikunu ġew ittikkettati f’konformità mal-Artikolu 12(7);
(b)
gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra riċiklati elenkati fl-Anness I b’potenzjal ta’ tisħin globali ta’ 750 jew aktar użati għall-manutenzjoni jew għas-servizzjar ta’ tagħmir eżistenti ta’ refriġerazzjoni stazzjonarju, bl-esklużjoni ta’ chillers, dment li tali gassijiet ikunu ġew irkuprati minn tali tagħmir; tali gassijiet riċiklati għandhom jintużaw biss mill-impriża li tkun wettqet l-irkupru tagħhom bħala parti mill-manutenzjoni jew mis-servizzjar jew mill-impriża li għaliha jkun twettaq l-irkupru bħala parti mill-manutenzjoni jew mis-servizzjar. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|