+Artikolu 18 Il-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni u għar-riċevuta tal-allokazzjonijiet tal-kwota
---+Artikolu 18 1.
---+Artikolu 18 2.
---+Artikolu 18 3.
|
Artikolu 18 Il-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni u għar-riċevuta tal-allokazzjonijiet tal-kwota
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 18 1.
|
Il-kwota għandha tiġi allokata biss lill-produtturi jew lill-importaturi li għandhom stabbiliment fl-Unjoni, jew li jkunu ħatru lil rappreżentant uniku bi stabbiliment fl-Unjoni li jassumi r-responsabbiltà sħiħa għall-konformità ma’ dan ir-Regolament u mar-rekwiżiti tat-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Ir-rappreżentant uniku jista’ jkun l-istess wieħed maħtur skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.
|
|
Artikolu 18 2.
|
Huma biss il-produtturi u l-importaturi li jkollhom esperjenza fl-attivitajiet ta’ negozjar ta’ sustanzi kimiċi jew fis-servizzjar tar-refriġerazzjoni, l-arja kundizzjonata, jew it-tagħmir tal-protezzjoni min-nar jew il-pompi tas-sħana għal 3 snin konsekuttivi qabel il-perjodu ta’ allokazzjoni tal-kwota, li jistgħu jissottomettu dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 17(3) jew jirċievu allokazzjoni tal-kwota fuq dik il-bażi, skont l-Artikolu 17(4). Il-produtturi u l-importaturi għandhom jippreżentaw evidenza għal dak l-għan lill-Kummissjoni, fuq talba.
|
|
Artikolu 18 3.
|
Għall-finijiet tar-reġistrazzjoni fil-Portal tal-gassijiet F, il-produtturi u l-importaturi għandhom jipprovdu indirizz fiżiku fejn tinsab l-impriża u minn fejn twettaq in-negozju tagħha. Impriża waħda biss għandha tiġi rreġistrata bl-istess indirizz fiżiku. Għall-finijiet tas-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni tal-kwota skont l-Artikolu 17(3) u tar-riċevuta ta’ allokazzjoni tal-kwota skont l-Artikolu 17(4), kif ukoll għall-fini tad-determinazzjoni tal-valuri ta’ referenza skont l-Artikolu 17(1), l-impriżi kollha li jikkondividu l-istess sid benefiċjarju, għandhom jitqiesu bħala impriża unika. Hija biss dik l-impriża unika, li hija dik reġistrata l-ewwel fil-Portal tal-gassijiet F sakemm ma jkunx indikat mod ieħor mis-sid benefiċjarju, li għandha tkun intitolata għal valur ta’ referenza skont l-Artikolu 17(1) u għal allokazzjoni tal-kwota skont l-Artikolu 17(4).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R0573
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|