+Artikolu 21 Trasferiment tal-kwota u awtorizzazzjoni sabiex tintuża kwota għat-tqegħid fis-suq ta’ idrofluworokarburi f’tagħmir importat
---+Artikolu 21 1.
---+Artikolu 21 2.
---+Artikolu 21 3.
---+Artikolu 21 4.
|
Artikolu 21 Trasferiment tal-kwota u awtorizzazzjoni sabiex tintuża kwota għat-tqegħid fis-suq ta’ idrofluworokarburi f’tagħmir importat
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 21 1.
|
Kwalunkwe produttur jew importatur li għalih ikun ġie ddeterminat valur ta’ referenza skont l-Artikolu 17(1) jista’ jittrasferixxi fil-Portal tal-gassijiet F l-allokazzjoni tal-kwota tiegħu fuq il-bażi tal-Artikolu 17(4), għall-kwantitajiet kollha jew għal kwalunkwe kwantità, lil produttur jew lil importatur ieħor fl-Unjoni jew lil produttur jew lil importatur ieħor li jkun rappreżentat fl-Unjoni minn rappreżentant uniku msemmi fl-Artikolu 18(1). Il-kwota li hija ttrasferita skont l-ewwel subparagrafu ma għandhiex tiġi ttrasferita għat-tieni darba.
|
|
Artikolu 21 2.
|
Kwalunkwe produttur jew importatur li għalih ikun ġie ddeterminat valur ta’ referenza skont l-Artikolu 17(1), jista’ jawtorizza fil-Portal tal-gassijiet F impriża fl-Unjoni jew rappreżentat fl-Unjoni minn rappreżentant uniku msemmi fl-Artikolu 19(5), sabiex juża l-kwota tiegħu kollha jew parti minnha għall-fini tal-importazzjoni ta’ tagħmir iċċarġjat minn qabel imsemmi fl-Artikolu 19. Il-kwantitajiet rispettivi tal-idrofluworokarburi għandhom jitqiesu li tqiegħdu fis-suq mill-produttur jew mill-importatur tal-awtorizzazzjoni fil-mument tal-awtorizzazzjoni.
|
|
Artikolu 21 3.
|
Kwalunkwe impriża li tirċievi awtorizzazzjonijiet tista’ tiddelega dik l-awtorizzazzjoni għall-użu ta’ kwota riċevuta f’konformità mal-paragrafu 2 fil-Portal tal-gassijiet F lil impriża għall-fini tal-importazzjoni ta’ tagħmir iċċarġjat minn qabel imsemmi fl-Artikolu 19. Awtorizzazzjoni delegata ma għandhiex tiġi ddelegata għat-tieni darba.
|
|
Artikolu 21 4.
|
It-trasferimenti ta’ kwota, l-awtorizzazzjonijiet għall-użu ta’ kwota u d-delegazzjonijiet tal-awtorizzazzjonijiet imwettqin permezz tal-Portal tal-gassijiet F għandhom ikunu validi biss jekk l-impriża riċeventi taċċettahom permezz tal-Portal tal-gassijiet F.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R0573
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|