+Artikolu 29 Obbligu li jitwettqu kontrolli
---+Artikolu 29 1.
---+Artikolu 29 2.
---+Artikolu 29 3.
---+Artikolu 29 4.
---+Artikolu 29 5.
---+Artikolu 29 6.
---+Artikolu 29 7.
|
Artikolu 29 Obbligu li jitwettqu kontrolli
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 29 1.
|
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli biex jistabbilixxu jekk l-impriżi jikkonformawx mal-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 29 2.
|
Il-kontrolli għandhom jitwettqu skont approċċ ibbażat fuq ir-riskju, li jqis, b’mod partikolari, l-istorja tal-konformità ta’ impriżi, ir-riskju ta’ nuqqas ta’ konformità ta’ prodott speċifiku ma’ dan ir-Regolament, u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra riċevuta mill-Kummissjoni, mill-awtoritajiet doganali, mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, mill-awtoritajiet ambjentali u minn awtoritajiet oħrajn b’funzjonijiet ta’ spezzjoni tal-Istati Membri, jew mill-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom iwettqu wkoll kontrolli meta jkollhom evidenza jew informazzjoni rilevanti oħra, inkluż fuq il-bażi ta’ tħassib sostanzjat ipprovdut minn partijiet terzi, jew mill-Kummissjoni, dwar nuqqas potenzjali ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 29 3.
|
Il-kontrolli msemmija fil-paragrafu 1 u 2 għandhom jinkludu:
(a)
żjarat fuq il-post ta’ stabbilimenti bil-frekwenza xierqa u l-verifika tad-dokumentazzjoni u tat-tagħmir rilevanti; u
(b)
kontrolli tal-pjattaformi online skont dan il-paragrafu.
Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
5
), meta pjattaforma online, li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Kapitolu III tat-Taqsima 4, ta’ dak ir-Regolament, tippermetti l-konklużjoni ta’ kuntratti mill-bogħod ma’ impriżi li joffru gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra jew prodotti u tagħmir li jkun fihom tali gassijiet, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jivverifikaw jekk l-impriża, il-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, il-prodotti jew it-tagħmir offruti jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jinfurmaw u jikkooperaw mal-Kummissjoni u mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti msemmija fl-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) 2022/2065 għall-fini li jiżguraw il-konformità ma’ dak ir-Regolament. Il-kontrolli għandhom jitwettqu mingħajr ma tingħata twissija minn qabel lill-impriża, ħlief meta tkun neċessarja notifika minn qabel sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-kontrolli. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti bl-assistenza kollha neċessarja biex dawk l-awtoritajiet ikunu jistgħu jwettqu l-kontrolli previsti f’dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 29 4.
|
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom iżommu rekords tal-kontrolli, li jindikaw b’mod partikolari n-natura u r-riżultati tagħhom, u tal-miżuri meħuda f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità. Għandhom jinżammu r-rekords tal-kontrolli kollha għal tal-anqas 5 snin.
|
|
Artikolu 29 5.
|
Fuq talba ta’ Stat Membru ieħor, Stat Membru jista’ jwettaq kontrolli jew investigazzjonijiet formali oħrajn fuq impriżi li jkunu suspettati li jkunu involuti fil-moviment illegali ta’ gassijiet, prodotti jew tagħmir koperti minn dan ir-Regolament u li jkunu qegħdin joperaw fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru. L-Istat Membru rikjedenti għandu jiġi informat dwar ir-riżultat tal-kontroll jew tal-investigazzjoni.
|
|
Artikolu 29 6.
|
Fit-twettiq tal-kompiti assenjati lilha minn dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista’ titlob l-informazzjoni neċessarja kollha minn awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u mill-impriżi. Meta titlob informazzjoni minn impriża, l-Kummissjoni għandha fl-istess waqt tgħaddi kopja tat-talba lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun tinsab l-impriża.
|
|
Artikolu 29 7.
|
Il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi xierqa sabiex tippromwovi skambju adegwat ta’ informazzjoni u kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u bejn dawk l-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi xierqa sabiex tipproteġi l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni miksuba skont dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R0573
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|