|
+Artikolu 29 3. |
Artikolu 29 3.Il-kontrolli msemmija fil-paragrafu 1 u 2 għandhom jinkludu:
(a)
żjarat fuq il-post ta’ stabbilimenti bil-frekwenza xierqa u l-verifika tad-dokumentazzjoni u tat-tagħmir rilevanti; u
(b)
kontrolli tal-pjattaformi online skont dan il-paragrafu. Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ), meta pjattaforma online, li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Kapitolu III tat-Taqsima 4, ta’ dak ir-Regolament, tippermetti l-konklużjoni ta’ kuntratti mill-bogħod ma’ impriżi li joffru gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra jew prodotti u tagħmir li jkun fihom tali gassijiet, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jivverifikaw jekk l-impriża, il-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, il-prodotti jew it-tagħmir offruti jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jinfurmaw u jikkooperaw mal-Kummissjoni u mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti msemmija fl-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) 2022/2065 għall-fini li jiżguraw il-konformità ma’ dak ir-Regolament. Il-kontrolli għandhom jitwettqu mingħajr ma tingħata twissija minn qabel lill-impriża, ħlief meta tkun neċessarja notifika minn qabel sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-kontrolli. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti bl-assistenza kollha neċessarja biex dawk l-awtoritajiet ikunu jistgħu jwettqu l-kontrolli previsti f’dan l-Artikolu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|