+Artikolu 31 Penali
---+Artikolu 31 1.
---+Artikolu 31 2.
---+Artikolu 31 3.
---+Artikolu 31 4.
---+Artikolu 31 5.
|
Artikolu 31 Penali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 31 1.
|
Mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri skont id-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
6
), l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jiżguraw li dawk il-penali jiġu implimentati. Qabel l-1 ta’ Jannar 2026, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dawk ir-regoli u b’dawk il-miżuri u għandhom jinnotifikawha, mingħajr dewmien, bi kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.
|
|
Artikolu 31 2.
|
Il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi, u għandhom jiġu ddeterminati filwaqt li tingħata kunsiderazzjoni xierqa lil dan li ġej, kif applikabbli:
(a)
in-natura u l-gravità tal-ksur;
(b)
il-popolazzjoni umana jew l-ambjent affettwat mill-ksur, filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent;
(c)
kwalunkwe ksur preċedenti ta’ dan ir-Regolament mill-impriża miżmuma responsabbli;
(d)
is-sitwazzjoni finanzjarja tal-impriża miżmuma responsabbli.
|
|
Artikolu 31 3.
|
Il-penali għandhom jinkludu:
(a)
penali finanzjarji amministrattivi f’konformità mal-paragrafu 4; madankollu l-Istati Membri jistgħu wkoll, jew alternattivament, jużaw pieni kriminali, dment li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi b’mod ekwivalenti għall-penali finanzjarji amministrattivi;
(b)
il-konfiska jew il-qbid, jew l-irtirar jew it-tneħħija mis-suq, jew it-teħid tal-pussess mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-oġġetti miksuba illegalment;
(c)
il-projbizzjoni temporanja mill-użu, il-produzzjoni, l-importazzjoni, l-esportazzjoni jew it-tqegħid fis-suq tal-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra jew ta’ prodotti u ta’ tagħmir li jkun fihom gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi minnhom, fil-każ ta’ ksur serju jew ta’ ksur ripetut.
|
|
Artikolu 31 4.
|
Il-penali finanzjarji amministrattivi msemmija fil-paragrafu 3, il-punt (a), għandhom ikunu proporzjonati mal-ħsara ambjentali, meta dan ikun applikabbli, u effettivament iċaħħdu lil dawk responsabbli mill-benefiċċji ekonomiċi derivati mill-ksur tagħhom. Il-livell ta’ penali finanzjarji amministrattivi għandu jiżdied gradwalment għal ksur ripetut. Fil-każ ta’ produzzjoni, importazzjoni, esportazzjoni, tqegħid fis-suq jew użu illegali ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, jew ta’ prodotti u ta’ tagħmir li jkun fihom dawk il-gassijiet jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi minn dawk il-gassijiet, l-ammont massimu tal-penali finanzjarja amministrattiva għandu jkun mill-inqas ħames darbiet il-valur tas-suq tal-gassijiet jew tal-prodotti u tat-tagħmir ikkonċernati. Fejn tali ksur jiġi ripetut f’perjodu ta’ ħames snin, l-ammont massimu tal-penali finanzjarja amministrattiva għandu jkun mill-inqas tmien darbiet ogħla mill-valur tas-suq tal-gassijiet jew tal-prodotti u tat-tagħmir ikkonċernati.
|
|
Artikolu 31 5.
|
Flimkien mal-penali msemmija fil-paragrafu 1, l-impriżi li jkunu qabżu l-kwota tagħhom għat-tqegħid fis-suq ta’ idrofluworokarburi, allokata f’konformità mal-Artikolu 17(4), jew trasferita lilhom f’konformità mal-Artikolu 21(1), jistgħu jiġu allokati biss allokazzjoni ta’ kwota mnaqqsa għall-perjodu ta’ allokazzjoni wara li jkun instab l-eċċess. L-ammont tat-tnaqqis għandu jiġi kkalkulat bħala 200 % tal-ammont li bih tkun inqabżet il-kwota. Jekk l-ammont tat-tnaqqis ikun akbar mill-ammont li għandu jiġu allokat skont l-Artikolu 17(4) bħala kwota għall-perjodu ta’ allokazzjoni wara li jkun instab l-eċċess, ma għandha tiġi allokata l-ebda kwota għal dak il-perjodu ta’ allokazzjoni u l-kwota għall-perjodi ta’ allokazzjoni ta’ wara għandha titnaqqas ukoll sa ma jkun tnaqqas l-ammont sħiħ. It-tnaqqis għandu jiġi rreġistrat fil-Portal tal-gassijiet F.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R0573
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|