3. B’deroga mill-paragrafu 1, il-kummerċ ma’ kwalunkwe Stat jew organizzazzjoni reġjonali ta’ integrazzjoni ekonomika fis-sens tal-paragrafu 1 f’sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I, u fi prodotti u f’tagħmir li fih dawk is-sustanzi jew li l-funzjonament tiegħu jiddependi fuq dawk is-sustanzi jew li huwa prodott permezz ta’ xi waħda jew aktar minn dawk is-sustanzi, jista’ jkun awtorizzat mill-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, sal-limitu li l-Istat jew l-organizzazzjoni reġjonali ta’ integrazzjoni ekonomika hija determinata minn laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll f’konformità mal-Artikolu 4(8) tal-Protokoll sabiex tkun f’konformità sħiħa mal-Protokoll u tkun ippreżentat data għal dak l-għan kif speċifikat fl-Artikolu 7 tal-Protokoll. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 28(2).