+Article 19 Il-kummerċ ma’ Stati jew ma’ organizzazzjonijiet ta’ integrazzjoni ekonomika reġjonali u ma’ territorji mhux koperti mill-Protokoll
---+Article 19 1
---+Article 19 2
---+Article 19 3
---+Article 19 4
---+Article 19 5
|
Article 19 Il-kummerċ ma’ Stati jew ma’ organizzazzjonijiet ta’ integrazzjoni ekonomika reġjonali u ma’ territorji mhux koperti mill-Protokoll
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Article 19 1
|
1. L-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I, u ta’ prodotti u ta’ tagħmir li fihom dawk is-sustanzi jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi fuq dawk is-sustanzi, minn u lejn kwalunkwe Stat jew organizzazzjoni reġjonali ta’ integrazzjoni ekonomika li ma tkunx qablet li tkun marbuta bid-dispożizzjonijiet tal-Protokoll applikabbli għal sustanza partikolari kkontrollata skont il-Protokoll, għandhom ikunu pprojbiti.
|
|
Article 19 2
|
2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 29 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi r-regoli applikabbli għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera u għall-esportazzjoni ta’ prodotti u ta’ tagħmir importati minn u esportati lejn kwalunkwe Stat jew organizzazzjoni ta’ integrazzjoni ekonomika reġjonali fis-sens tal-paragrafu 1, li ġew prodotti bl-użu ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I iżda li ma fihomx sustanzi li jistgħu jiġu identifikati b’mod pożittiv bħala sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati f’dak l-Anness, kif ukoll regoli dwar l-identifikazzjoni ta’ tali prodotti u tagħmir. Meta tadotta dawk l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tqis id-deċiżjonijiet rilevanti meħuda mill-Partijiet għall-Protokoll u, fir-rigward tar-regoli dwar l-identifikazzjoni ta’ tali prodotti u tagħmir, kwalunkwe parir tekniku perjodiku mogħti lill-Partijiet għall-Protokoll.
|
|
Article 19 3
|
3. B’deroga mill-paragrafu 1, il-kummerċ ma’ kwalunkwe Stat jew organizzazzjoni reġjonali ta’ integrazzjoni ekonomika fis-sens tal-paragrafu 1 f’sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I, u fi prodotti u f’tagħmir li fih dawk is-sustanzi jew li l-funzjonament tiegħu jiddependi fuq dawk is-sustanzi jew li huwa prodott permezz ta’ xi waħda jew aktar minn dawk is-sustanzi, jista’ jkun awtorizzat mill-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, sal-limitu li l-Istat jew l-organizzazzjoni reġjonali ta’ integrazzjoni ekonomika hija determinata minn laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll f’konformità mal-Artikolu 4(8) tal-Protokoll sabiex tkun f’konformità sħiħa mal-Protokoll u tkun ippreżentat data għal dak l-għan kif speċifikat fl-Artikolu 7 tal-Protokoll. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 28(2).
|
|
Article 19 4
|
4. Soġġett għal kwalunkwe deċiżjoni meħuda mill-Partijiet għall-Protokoll, kif imsemmi fil-paragrafu 2, il-paragrafu 1 għandu japplika għal kwalunkwe territorju mhux kopert mill-Protokoll bl-istess mod kif tali deċiżjonijiet japplikaw għal kwalunkwe Stat jew organizzazzjoni reġjonali ta’ integrazzjoni ekonomika fis-sens tal-paragrafu 1.
|
|
Article 19 5
|
5. Meta l-awtoritajiet ta’ territorju li ma jkunx kopert mill-Protokoll ikunu konformi mal-Protokoll u jkunu ppreżentaw data għal dak l-iskop kif speċifikat fl-Artikolu 7 tal-Protokoll, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, li wħud mid-dispożizzjonijiet jew id-dispożizzjonijiet kollha tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għal dak it-territorju. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 28(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R0590
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|