+Artikolu 24 Rapportar minn impriżi
---+Artikolu 24 1
---+Artikolu 24 2
---+Artikolu 24 3
---+Artikolu 24 4

Artikolu 24 Rapportar minn impriżi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 24 1

1.   Sal-31 ta’ Marzu 2025 u kull sena wara dan, kull impriża għandha tirrapporta, permezz ta’ għodda elettronika ta’ rapportar, lill-Kummissjoni d-data elenkata fl-Anness VI għal kull sustanza li tnaqqas is-saff tal-ożonu għas-sena kalendarja preċedenti.

L-Istati Membri għandu jkollhom ukoll aċċess għall-għodda ta’ rapportar elettroniku tal-impriżi li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom.

Qabel ir-rapportar, l-impriżi għandhom jirreġistraw fis-sistema ta’ liċenzjar.

Artikolu 24 2

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jipproteġu l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni sottomessa lilhom f’konformità ma’ dan l-Artikolu.

Artikolu 24 3

3.   Fejn ikun meħtieġ, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi l-format u l-mezzi tar-rapportar imsemmijin fl-Anness VI. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 28(2).

Artikolu 24 4

4.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 29 sabiex temenda l-Anness VI, fejn dan ikun meħtieġ fid-dawl tad-deċiżjonijiet tal-Partijiet għall-Protokoll.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R0590
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.