2. Il-kontrolli għandhom jitwettqu skont approċċ ibbażat fuq ir-riskju, li jqis, b’mod partikolari, l-istorja tal-konformità ta’ impriżi, ir-riskju ta’ nuqqas ta’ konformità ta’ prodott speċifiku ma’ dan ir-Regolament, u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra riċevuta mill-Kummissjoni, mill-awtoritajiet doganali, mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, mill-awtoritajiet ambjentali u minn awtoritajiet oħrajn b’funzjonijiet ta’ spezzjoni tal-Istati Membri jew mill-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom iwettqu wkoll kontrolli meta jkollhom evidenza jew informazzjoni rilevanti oħra, inkluż fuq il-bażi ta’ tħassib sostanzjat ipprovdut minn partijiet terzi jew mill-Kummissjoni, dwar nuqqas potenzjali ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament.