+Artikolu 26 3

Artikolu 26 3

3.   Il-kontrolli msemmija fil-paragrafu 1 u 2 għandhom jinkludu:

(a)

żjarat fuq il-post ta’ stabbilimenti bil-frekwenza xierqa u l-verifika tad-dokumentazzjoni u tat-tagħmir rilevanti; u

(b)

kontrolli tal-pjattaformi online skont dan il-paragrafu.

Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24), meta pjattaforma online, li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Kapitolu III, it-Taqsima 4, ta’ dak ir-Regolament, tippermetti kuntratti mill-bogħod biex jiġu konklużi ma’ impriżi li joffru sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu jew prodotti u tagħmir li fihom tali sustanzi, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jivverifikaw jekk l-impriża, is-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, il-prodotti jew it-tagħmir offrut jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw u jikkooperaw mal-Kummissjoni u mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti msemmija fl-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) 2022/2065 għall-fini li jiżguraw il-konformità ma’ dak ir-Regolament.

Il-kontrolli għandhom jitwettqu mingħajr ma tingħata twissija minn qabel lill-impriża, ħlief meta tkun neċessarja notifika minn qabel sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-kontrolli. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi jagħtu lill-awtoritajiet kompetenti l-assistenza neċessarja kollha sabiex dawk l-awtoritajiet ikunu jistgħu jwettqu l-kontrolli previsti f’dan l-Artikolu.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R0590
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.