+Artikolu 27 Penali
---+Artikolu 27 1
---+Artikolu 27 2
---+Artikolu 27 3
---+Artikolu 27 4

Artikolu 27 Penali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 27 1

1.   Mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri skont id-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25), l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament mill-operaturi u n-negozjanti u għandhom jieħdu kull miżura neċessarja sabiex jiżguraw li dawk il-penali jiġu implimentati. Qabel l-1 ta’ Jannar 2026, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dawk il-miżuri u għandhom jinnotifikawha, mingħajr dewmien, bi kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.

Artikolu 27 2

2.   Il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi, u għandhom jiġu ddeterminati filwaqt li jqisu kif xieraq dan li ġej, kif applikabbli:

(a)

in-natura u l-gravità tal-ksur;

(b)

il-popolazzjoni umana jew l-ambjent affettwat mill-ksur, b’kont meħud tal-ħtieġa li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent;

(c)

kwalunkwe ksur preċedenti ta’ dan ir-Regolament mill-impriża miżmuma responsabbli;

(d)

is-sitwazzjoni finanzjarja tal-impriża miżmuma responsabbli.

Artikolu 27 3

3.   Dawn il-penali għandhom jinkludu:

(a)

penali finanzjarji amministrattivi f’konformita’ mal-paragrafu 4; madankollu, l-Istati Membri jistgħu wkoll, jew alternattivament, jużaw pieni kriminali, dment li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi b’mod ekwivalenti bħall-penali finanzjarji amministrattivi;

(b)

il-konfiska jew il-qbid, jew l-irtirar jew it-tneħħija mis-suq, jew it-teħid tal-pussess mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-oġġetti miksuba illegalment;

(c)

il-projbizzjoni temporanja mill-użu, il-produzzjoni, l-importazzjoni, l-esportazzjoni, jew it-tqegħid fis-suq, is-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu jew il-prodotti u t-tagħmir li fihom sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi fuqhom, fil-każ ta’ ksur serju jew ta’ ksur ripetut.

Artikolu 27 4

4.   Il-penali finanzjarji amministrattivi msemmija fil-paragrafu 3, punt (a), għandhom ikunu proporzjonati mal-ħsara ambjentali, fejn applikabbli, u effettivament iċaħħdu lil dawk responsabbli mill-benefiċċji ekonomiċi derivati mill-ksur tagħhom. Il-livell ta’ penali finanzjarji amministrattivi għandu jiżdied b’mod gradwali għal ksur ripetut.

F’każ ta’ produzzjoni, importazzjoni, esportazzjoni, tqegħid fis-suq jew użu illegali ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, jew ta’ prodotti u ta’ tagħmir li fihom dawk is-sustanzi jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi fuq dawk is-sustanzi, l-ammont massimu tal-penali finanzjarju amministrattiv għandu jkun tal-anqas ħames darbiet il-valur tas-suq tas-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu jew tal-prodotti u tat-tagħmir ikkonċernati. Fejn tali ksur huwa ripetut f’perjodu ta’ ħames snin, l-ammont massimu tal-penali finanzjarju amministrattiv għandu jkun tal-anqas tmien darbiet il-valur tas-suq tas-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu jew tal-prodotti u tat-tagħmir ikkonċernati.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R0590
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.