1. Il-Bord għandu jirrakkomanda soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà għall-interoperabbiltà transfruntiera tas-servizzi pubbliċi diġitali trans-Ewropej. Meta il-Bord jagħmel tali rakkomandazzjoni, dik is-soluzzjoni għandha jkollha t-tikketta “soluzzjoni għal Ewropa Interoperabbli” u għandha tiġi ppubblikata fuq il-portal Ewropa Interoperabbli, filwaqt li tagħmel distinzjoni ċara bejn soluzzjonijiet għal Ewropa Interoperabbli u soluzzjonijiet oħra. Meta il-Bord jirtira r-rakkomandazzjoni tiegħu, it-tikketta “soluzzjoni għal Ewropa Interoperabbli” għandha titneħħa u, fejn meħtieġ, is-soluzzjoni għandha titħassar mill-portal Ewropa Interoperabbli