+Artikolu 8 Portal Ewropa Interoperabbli
---+Artikolu 8 1
---+Artikolu 8 2
---+Artikolu 8 3
---+Artikolu 8 4
---+Artikolu 8 5

Artikolu 8 Portal Ewropa Interoperabbli

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 8 1

1.   Il-Kummissjoni għandha tipprovdi portal bħala punt uniku ta’ dħul għall-informazzjoni relatata mal-interoperabbiltà transfruntiera tas-servizzi pubbliċi diġitali trans-Ewropej (“il-portal Ewropa Interoperabbli”). Il-portal Ewropa Interoperabbli għandu jkun aċċessibbli b’mod elettroniku għaċ-ċittadini kollha, inkluż il-persuni b’diżabilità, u dan l-aċċess għandu jkun mingħajr ħlas. Il-portal Ewropa Interoperabbli għandu jkollu tal-inqas il-funzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-għoti ta’ aċċess għal soluzzjonijiet għal Ewropa Interoperabbli, b’mod faċli għall-utent, u mill-inqas li jistgħu jiġu mfittxija għal kull Stat Membru u għal kull servizz pubbliku;

(b)

l-għoti ta’ aċċess għal soluzzjonijiet oħra ta’ interoperabbiltà li ma jkollhomx it-tikketta “Soluzzjoni għal Ewropa Interoperabbli”, bħal dawk:

(i)

kondiviżi skont l-Artikolu 4(3);

(ii)

previsti skont politiki oħra tal-Unjoni;

(iii)

ippubblikati fuq portali, katalogi jew repożitorji oħra konnessi mal-portal Ewropa Interoperabbli.

(c)

l-għoti ta’ aċċess għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-ICT eliġibbli għar-referenzjar f’konformità mal-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012;

(d)

l-għoti ta’ aċċess għal informazzjoni dwar l-ipproċessar ta’ data personali fil-kuntest ta’ ambjenti ta’ esperimentazzjoni regolatorji ta’ interoperabbiltà msemmija fl-Artikoli 11 u 12, meta jkun ġie identifikat xi riskju kbir għad-drittijiet u għal-libertajiet tas-suġġetti tad-data, kif imsemmi fl-Artikolu 35(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 u fl-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) 2018/1725, kif ukoll aċċess għal informazzjoni dwar il-mekkaniżmi ta’ rispons biex jittaffa minnufih dak ir-riskju, inkluż, fejn xieraq, żvelar tal-valutazzjoni tal-impatt dwar il-protezzjoni tad-data;

(e)

it-trawwim tal-iskambju tal-għarfien bejn il-membri tal-Komunità għal Ewropa Interoperabbli, imsemmi fl-Artikolu 16, bħad-disponibbiltà ta’ sistema ta’ feedback biex jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar miżuri proposti mill-Bord jew għall-espressjonijiet ta’ interess li jipparteċipaw f’azzjonijiet relatati mal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament;

(f)

l-elenkar tal-aħjar prattiki u l-kondiviżjoni tal-għarfien li jappoġġaw l-interoperabbiltà inkluż fejn xieraq gwida dwar l-akkwist pubbliku, iċ-ċibersigurtà, l-integrazzjoni tal-IT u l-governanza tad-data;

(g)

l-għoti ta’ aċċess għad-data li tirriżulta minn monitoraġġ relatat mal-interoperabbiltà mwettaq skont l-Artikolu 20;

(h)

il-possibbiltà li ċ-ċittadini, in-negozji, b’mod partikolari l-SMEs u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jipprovdu feedback dwar il-kontenut ippubblikat.

Artikolu 8 2

2.   Il-Bord jista’ jipproponi li il-Kummissjoni tippubblika soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà oħrajn fuq il-portal Ewropa Interoperabbli jew li tagħmel referenza għalihom fuq il-portal Ewropa Interoperabbli.

Artikolu 8 3

3.   Is-soluzzjonijiet aċċessibbli permezz tal-portal Ewropa Interoperabbli għandhom:

(a)

ma jkunux soġġetti għal drittijiet ta’ partijiet terzi li jipprevjenu d-distribuzzjoni u l-użu tagħhom;

(b)

ma jkunx fihom data personali jew informazzjoni kunfidenzjali;

(c)

ikollhom livell għoli ta’ allinjament mas-soluzzjonijiet għal Ewropa interoperabbli li jista’ jintwera billi jiġi ppubblikat l-eżitu tal-valutazzjoni tal-interoperabbiltà msemmija fl-Artikolu 3 u fl-Anness;

(d)

jużaw liċenzja li tippermetti tal-inqas l-użu mill-ġdid tas-soluzzjoni minn entitajiet tal-Unjoni jew korpi tas-settur pubbliku oħrajn jew jinħarġu bħala sors miftuħ;

(e)

jinżammu regolarment taħt ir-responsabbiltà tas-sid tas-soluzzjoni ta’ interoperabbiltà.

Artikolu 8 4

4.   Meta entità tal-Unjoni jew korp tas-settur pubbliku tipprovdi portal, katalgu jew repożitorju b’funzjonijiet simili, din għandha tieħu l-miżuri meħtieġa u proporzjonati sabiex tiżgura l-interoperabbiltà mal-portal Ewropa Interoperabbli. Meta dawn il-portali jiġbru soluzzjonijiet ta’ sors miftuħ, dawn għandhom jippermettu l-użu tal-Liċenzja Pubblika tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 8 5

5.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta linji gwida dwar l-interoperabbiltà għal portali, katalgi jew repożitorji b’funzjonijiet simili bħal dawk imsemmija fil-paragrafu 4.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.03.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R0903
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.