+Artikolu 9 Proġetti ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni tal-politika
---+Artikolu 9 1
---+Artikolu 9 2
---+Artikolu 9 3
---+Artikolu 9 4
---+Artikolu 9 5
|
Artikolu 9 Proġetti ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni tal-politika
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 9 1
|
1. Il-Bord jista’ jipproponi li il-Kummissjoni tistabbilixxi proġetti li jappoġġaw lill-korpi tas-settur pubbliku fl-implimentazzjoni diġitali tal-politiki tal-Unjoni li jiżguraw l-interoperabbiltà transfruntiera tas-servizzi pubbliċi diġitali trans-Ewropej (“proġett ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni tal-politika”).
|
|
Artikolu 9 2
|
2. Il-proġett ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni tal-politika għandu jistabbilixxi:
|
(a)
|
is-soluzzjonijiet eżistenti għal Ewropa Interoperabbli li huma meqjusin bħala meħtieġa għall-implimentazzjoni diġitali tar-rekwiżiti ta’ politika;
|
|
(b)
|
kwalunkwe soluzzjoni ta’ interoperabbiltà nieqsa li għandha tiġi żviluppata li hija meqjusa bħala meħtieġa għall-implimentazzjoni diġitali tar-rekwiżiti ta’ politika;
|
|
(c)
|
miżuri oħra ta’ appoġġ rakkomandati, bħal taħriġ, il-kondiviżjoni ta’ għarfien espert jew rieżamijiet bejn il-pari, kif ukoll opportunitajiet ta’ appoġġ finanzjarju biex jassistu l-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà.
|
|
|
Artikolu 9 3
|
3. Wara li tikkonsulta mal-Bord, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-ambitu, l-iskeda ta’ żmien, l-involviment meħtieġ tas-setturi partikolari u l-livelli amministrattivi, u l-metodi ta’ ħidma tal-proġett ta’ appoġġ. Meta il-Kummissjoni tkun diġà wettqet u ppubblikat valutazzjoni tal-interoperabbiltà, skont l-Artikolu 3, għandu jitqies l-eżitu ta’ dik il-valutazzjoni meta jiġi stabbilit il-proġett ta’ appoġġ.
|
|
Artikolu 9 4
|
4. Sabiex jissaħħaħ il-proġett ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni tal-politika, il-Bord jista’ jipproponi li jiġi stabbilit ambjent ta’ esperimentazzjoni regolatorju tal-interoperabbiltà skont l-Artikolu 11.
|
|
Artikolu 9 5
|
5. L-eżitu ta’ proġett ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni tal-politika kif ukoll soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà żviluppati matul il-proġett għandhom ikunu disponibbli b’mod miftuħ u jiġu ppubblikati fuq il-portal Ewropa Interoperabbli.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.03.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R0903
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|