10. Sat-12 ta’ April 2025, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu ir-regoli dettaljati u l-kundizzjonijiet għall-istabbiliment u għat-tħaddim tal-ambjenti ta’ esperimentazzjoni regolatorji tal-interoperabbiltà, inkluż il-kriterji ta’ eliġibbiltà u l-proċedura għall-applikazzjoni, għall-għażla tal-ambjent ta’ esperimentazzjoni regolatorju tal-interoperabbiltà għall-parteċipazzjoni fih u għall-ħruġ minnu, u d-drittijiet u l-obbligi tal-parteċipanti. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 22(2).