+Artikolu 14 Evalwazzjonijiet bejn il-pari
---+Artikolu 14 1
---+Artikolu 14 2
---+Artikolu 14 3
---+Artikolu 14 4
---+Artikolu 14 5

Artikolu 14 Evalwazzjonijiet bejn il-pari

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 14 1

1.   Għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu volontarju għal evalwazzjoni bejn il-pari għall-fini li tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni bejn il-korpi tas-settur pubbliku mfassal biex jappoġġahom fl-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet għal Ewropa interoperabbli biex jappoġġa s-servizzi diġitali pubbliċi trans-Ewropej u biex jgħinhom iwettqu valutazzjonijiet tal-interoperabbiltà skont l-Artikolu 3.

Artikolu 14 2

2.   Għandu jitwettaq rieżami bejn il-pari minn esperti tal-interoperabbiltà meħuda minn Stati Membri għajr l-Istat Membru fejn jinsab il-korp tas-settur pubbliku li jkun qiegħed isirlu r-rieżami bejn il-pari.

Artikolu 14 3

3.   Kwalunkwe informazzjoni miksuba permezz ta’ rieżami bejn il-pari għandha tintuża biss għall-iskop ta’ rieżami bejn il-pari. L-esperti tal-interoperabbiltà li jipparteċipaw fir-rieżami bejn il-pari ma għandhom jiżvelaw l-ebda informazzjoni sensittiva jew kunfidenzjali miksuba matul dak ir-rieżami bejn il-pari lil partijiet terzi. L-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li kwalunkwe riskju ta’ kunflitt ta’ interess li jikkonċerna l-esperti tal-interoperabbiltà maħtura jiġi kkomunikat lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien żejjed.

Artikolu 14 4

4.   L-esperti tal-interoperabbiltà li jwettqu r-rieżami bejn il-pari għandhom iħejju rapport u jippreżentawh fi żmien xahar mill-finalizzazzjoni tar-rieżami bejn il-pari t u jissottomettuh lill-korp tas-settur pubbliku kkonċernat u lill-Bord. Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport fuq il-portal Ewropa Interoperabbli meta jkunu awtorizzati mill-Istat Membru fejn ikun jinsab il-korp tas-settur pubbliku li jkun qiegħed isirlu r-rieżami bejn il-pari.

Artikolu 14 5

5.   Il-Kummissjoni tista’, wara li tikkonsulta lill-Bord, tadotta linji gwida dwar il-metodoloġija u l-kontenut tar-reviżjoni bejn il-pari.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.03.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R0903
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.