+Artikolu 15 Bord għal Ewropa Interoperabbli
---+Artikolu 15 1
---+Artikolu 15 2
---+Artikolu 15 3
---+Artikolu 15 4
---+Artikolu 15 5
---+Artikolu 15 6
---+Artikolu 15 7

Artikolu 15 Bord għal Ewropa Interoperabbli

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 15 1

1.   Huwa b’dan stabbilit il-Bord għal Ewropa Interoperabbli (il-“Bord”). Għandu jiffaċilita l-kooperazzjoni strateġika u tipprovdi pariri dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 15 2

2.   Il-Bord għandu jkun magħmul minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru u rappreżentant ieħor mill-Kummissjoni.

Artikolu 15 3

3.   Il-Kumitat tar-Reġjuni, l-Aġenzija tal-UE għaċ-Ċibersigurtà (ENISA) u ċ-Ċentru Ewropew ta’ Kompetenza fil-qasam taċ-Ċibersigurtà għandhom jaħtru kull wieħed espert wieħed li għandu jiġi mistieden jipparteċipa bħala osservatur.

Artikolu 15 4

4.   Il-Kummissjoni għandha tippresiedi fuq il-Bord. Il-President jista’ jagħti status ta’ osservatur fil-Bord lil esperti maħtura minn entitajiet, reġjuni, organizzazzjonijiet u pajjiżi kandidati tal-Unjoni. Fuq bażi ad hoc, il-President jista’ jistieden lil esperti b’kompetenza speċifika f’suġġett fuq l-aġenda biex jipparteċipaw. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi s-segretarjat tal-Bord.

Il-membri tal-Bord għandhom jagħmlu kull sforz sabiex jadottaw id-deċiżjonijiet b’kunsens. F’każ ta’ votazzjoni, l-eżitu tal-votazzjoni għandu jiġi deċiż b’maġġoranza sempliċi tal-membri komponenti. Il-membri li jkunu vvutaw kontra proposta jew astjenew għandu jkollhom id-dritt li jkollhom dokument li jiġbor fil-qosor ir-raġunijiet għall-pożizzjoni tagħhom mehmuż mal-opinjonijiet, mar-rakkomandazzjonijiet jew mar-rapporti.

Artikolu 15 5

5.   Il-Bord għandu jkollu l-kompiti li ġejjin:

(a)

li jadotta linji gwida fir-rigward tal-valutazzjoni tal-interoperabbiltà skont l-Artikolu 3(5), u l-lista ta’ kontroll komuni stabbilita fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, u, jekk meħtieġ, aġġornament ta’ dawk il-linji gwida;

(b)

li janalizza l-informazzjoni miġbura skont l-Artikolu 3(2), u li jipprovdi, fuq dik il-bażi, suġġerimenti biex tittejjeb l-interoperabbiltà transfruntiera tas-servizzi pubbliċi diġitali trans-Ewropej;

(c)

li jadotta linji gwida dwar il-kondiviżjoni tas-soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà msemmija fl-Artikolu 4;

(d)

li jipproponi miżuri sabiex irawwem il-kondiviżjoni u l-użu mill-ġdid ta’ soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà;

(e)

li jiżviluppa l-EIF u li jaġġornah, jekk ikun meħtieġ, u li jipproponih lill-Kummissjoni;

(f)

li jappoġġa l-implimentazzjoni tal-oqfsa tal-interoperabbiltà tal-Istati Membri u tal-entitajiet -Unjoni u politiki, strateġiji jew linji gwida nazzjonali u tal-Unjoni rilevanti oħra, inkluż il-prinċipju “diġitali b’mod awtomatiku” u l-approċċ ta’ “interoperabbiltà skont id-disinn”;

(g)

li jivvaluta l-allinjament tal-oqfsa speċjalizzati għall-interoperabbiltà mal-EIF u li jwieġeb għat-talba ta’ konsultazzjoni mill-Kummissjoni dwar dawk l-oqfsa;

(h)

li jadotta l-Aġenda għal Ewropa Interoperabbli msemmija fl-Artikolu 19;

(i)

li jirrakkomanda soluzzjonijiet għal Ewropa Interoperabbli u li jirtira tali rakkomandazzjonijiet abbażi ta’ kriterji miftiehma;

(j)

li jimmonitorja l-koerenza ġenerali tas-soluzzjonijiet tal-interoperabbiltà rakkomandati, fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, inkluż l-informazzjoni dwar il-metadata u l-kategorizzazzjoni tagħhom;

(k)

li jipproponi lill-Kummissjoni miżuri sabiex tiżgura, fejn xieraq, il-kompatibbiltà ta’ soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà ma’ soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà oħrajn bi skop komuni, filwaqt li jappoġġa, fejn rilevanti, il-komplementarjetà ma’ teknoloġiji ġodda jew it-tranżizzjoni lejhom;

(l)

li jipproponi li l-Kummissjoni tippubblika s-soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà msemmija fl-Artikolu 8(2) jew li dawk is-soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà jissemmew fuq il-portal Ewropa Interoperabbli;

(m)

li jipproponi lill-Kummissjoni l-istabbiliment ta’ proġetti ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni tal-politika, miżuri ta’ innovazzjoni u miżuri rilevanti oħra, inkluż appoġġ għall-finanzjament;

(n)

li jidentifika l-aħjar prattiki għall-integrazzjoni ta’ soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà fl-akkwist pubbliku u sejħiet għall-offerti;

(o)

li jirrieżamina r-rapporti mill-miżuri ta’ innovazzjoni, dwar l-użu tal-ambjent ta’ esperimentazzjoni regolatorju tal-interoperabbiltà u dwar rieżami bejn il-pari u li jipproponi miżuri ta’ segwitu, jekk ikunu meħtieġa;

(p)

li jipproponi miżuri biex jissaħħu l-kapaċitajiet ta’ interoperabbiltà tal-korpi tas-settur pubbliku, bħat-taħriġ;

(q)

li jipproponi miżuri lill-organizzazzjonijiet u l-korpi rilevanti tal-istandardizzazzjoni sabiex jikkontribwixxi għall-attivitajiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni, b’mod partikolari permezz tal-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1025/2012;

(r)

li jipproponi miżuri għall-kollaborazzjoni ma’ korpi internazzjonali u ma’ istituzzjonijiet edukattivi u tar-riċerka li jistgħu jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-interoperabbiltà, speċjalment il-komunitajiet internazzjonali dwar soluzzjonijiet ta’ sors miftuħ, standards miftuħa jew speċifikazzjonijiet tekniċi u pjattaformi oħrajn;

(s)

li jikkoordina mal-Bord Ewropew għall-Innovazzjoni fil-Qasam tad-Data, imsemmi fir-Regolament (UE) 2022/868 dwar soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà għall-Ispazji komuni Ewropej tad-Data, kif ukoll ma’ kwalunkwe entità oħra tal-Unjoni li taħdem fuq soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà rilevanti għas-settur pubbliku;

(t)

li jinforma regolarment u jikkoordina mal-koordinaturi tal-interoperabbiltà imsemmija fl-Artikolu 18 u, fejn rilevanti, mal-Komunità għal Ewropa Interoperabbli, dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw is-servizzi pubbliċi diġitali trans-Ewropej, inkluż proġetti u networks rilevanti ffinanzjati mill-Unjoni.

(u)

li jipprovdi pariri lill-Kummissjoni dwar il-monitoraġġ tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u r-rapportar dwarha

(v)

li jipprovdi lill-Kummissjoni f’ħin opportun l-input u d-data meħtieġa għat-twassil effettiv tar-rapporti f’konformità mal-Artikolu 20.

Artikolu 15 6

6.   Il-Bord jista’ jistabbilixxi gruppi ta’ ħidma sabiex jeżaminaw punti speċifiċi relatati mal-kompiti tal-Bord. Il-gruppi ta’ ħidma għandhom jinvolvu membri tal-Komunità għal Ewropa Interoperabbli.

Artikolu 15 7

7.   Il-Bord għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu stess.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.03.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R0903
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.