Artikolu 8
Obbligi oħra għal pjattaformi online ta’ kiri għal żmien qasir
Il-pjattaformi online ta’ kiri għal żmien qasir għandhom, malli jirċievu l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(1), il-punt (a), u qabel ma jippermettu lill-ospitant ikkonċernat juża s-servizzi tiegħu, jagħmlu l-aħjar sforzi bl-użu tal-listi li jsiru disponibbli skont l-Artikolu 13(1), il-punt (a), biex jivvalutaw jekk l-awtodikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(1), il-punt (a), li l-ospitanti huma unikament responsabbli għall-akkuratezza tagħha għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, hijiex kompluta, dment li l-valutazzjoni tkun tista’ titwettaq b’mod proporzjonat minn għodod awtomatizzati kif previst fl-Artikolu 10. L-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu ma għandhiex twassal għal obbligu ġenerali ta’ monitoraġġ.