|
+Artikolu 10 3. |
Artikolu 10 3.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-punt ta’ dħul diġitali uniku msemmi fil-paragrafu 1 jipprevedi:
(a)
interoperabbiltà mar-reġistri msemmija fl-Artikolu 4(5);
(b)
bażi ta’ data online jew interfaċċa online aċċessibbli liberament u li tinqara minn magna għall-kontrolli msemmija fl-Artikolu 7(1), il-punt (c), u għall-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 8;
(c)
il-possibbiltà li l-informazzjoni jew id-dokumentazzjoni li trid tiġi pprovduta mill-ospitanti terġa’ tintuża skont l-Artikolu 5, jekk l-istess informazzjoni jew dokumentazzjoni tintalab minn diversi reġistri msemmija fl-Artikolu 4(5) fl-istess Stat Membru;
(d)
il-kunfidenzjalità, l-integrità u s-sigurtà tal-ipproċessar tad-data dwar l-attivitajiet, in-numri tar-reġistrazzjoni, l-indirizzi speċifiċi tal-unità, u l-URLs tal-elenkar trażmessi mill-pjattaformi online ta’ kiri għal żmien qasir f’konformità mal-Artikolu 9. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|