+Artikolu 10
---+Artikolu 10 1.
---+Artikolu 10 2.
---+Artikolu 10 3.
---+Artikolu 10 4.
---+Artikolu 10 5.
|
Artikolu 10
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 10 1.
|
►C1
Meta Stat Membru jkun stabbilixxa proċedura jew proċeduri ta’ reġistrazzjoni skont l-Artikolu 4(2), dak l-Istat Membru għandu jistabbilixxi punt ta’ dħul diġitali uniku biex jiġu riċevuti u jintbagħtu d-data dwar l-attivitajiet, in-numru tar-reġistrazzjoni rilevanti, l-indirizz speċifiku tal-unità u l-URLs tal-elenkar ipprovduti mill-pjattaformi online ta’ kiri għal żmien qasir skont l-Artikolu 9. ◄ Dak l-Istat Membru għandu jaħtar l-awtorità li tkun responsabbli għat-tħaddim tal-punt ta’ dħul diġitali uniku.
|
|
Artikolu 10 2.
|
Il-punt ta’ dħul diġitali uniku msemmi fil-paragrafu 1 għandu:
(a)
jipprovdi interfaċċa teknika għall-pjattaformi online ta’ kiri għal żmien qasir li tippermetti t-trażmissjoni bejn magna u oħra u manwali tad-data dwar l-attivitajiet, tan-numru tar-reġistrazzjoni rilevanti u tal-URLs tal-elenkar, li, sabiex tiġi żgurata l-interoperabbiltà, trid tiġi implimentata bl-użu ta’ interfaċċa għall-programmi tal-applikazzjonijiet li tkun ibbażata fuq rekwiżiti tekniċi definiti mill-Kummissjoni;
(b)
jiffaċilita l-kontrolli aleatorji mill-pjattaformi online ta’ kiri għal żmien qasir skont l-Artikolu 7(1), il-punt (c);
(c)
jipprovdi interfaċċa teknika biex l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 12 jirċievu d-data dwar l-attivitajiet, in-numru tar-reġistrazzjoni rilevanti, l-indirizz speċifiku tal-unità u l-URLs tal-elenkar, trażmessi mill-pjattaformi online ta’ kiri għal żmien qasir, għall-finijiet elenkati fl-Artikolu 12(2) biss, rigward l-unitajiet fit-territorju tagħhom;
(d)
jiffaċilita l-kondiviżjoni tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 13.
|
|
Artikolu 10 3.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-punt ta’ dħul diġitali uniku msemmi fil-paragrafu 1 jipprevedi:
(a)
interoperabbiltà mar-reġistri msemmija fl-Artikolu 4(5);
(b)
bażi ta’ data online jew interfaċċa online aċċessibbli liberament u li tinqara minn magna għall-kontrolli msemmija fl-Artikolu 7(1), il-punt (c), u għall-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 8;
(c)
il-possibbiltà li l-informazzjoni jew id-dokumentazzjoni li trid tiġi pprovduta mill-ospitanti terġa’ tintuża skont l-Artikolu 5, jekk l-istess informazzjoni jew dokumentazzjoni tintalab minn diversi reġistri msemmija fl-Artikolu 4(5) fl-istess Stat Membru;
(d)
il-kunfidenzjalità, l-integrità u s-sigurtà tal-ipproċessar tad-data dwar l-attivitajiet, in-numri tar-reġistrazzjoni, l-indirizzi speċifiċi tal-unità, u l-URLs tal-elenkar trażmessi mill-pjattaformi online ta’ kiri għal żmien qasir f’konformità mal-Artikolu 9.
|
|
Artikolu 10 4.
|
Il-Punt ta’ dħul diġitali uniku msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiżgura l-ipproċessar awtomatiku, intermedju u temporanju tad-data personali li tkun strettament meħtieġa biex l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 12 jingħataw aċċess għad-data dwar l-attivitajiet, in-numri tar-reġistrazzjoni, l-indirizzi speċifiċi tal-unità u l-URLs tal-elenkar ipprovduti mill-pjattaformi online ta’ kiri għal żmien qasir.
|
|
Artikolu 10 5.
|
Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu speċifikazzjonijiet u proċeduri tekniċi komuni biex tiżgura l-interoperabbiltà tas-soluzzjonijiet għall-funzjonament tal-punti ta’ dħul diġitali uniċi u l-iskambju bla xkiel tad-data, inkluż speċifikazzjonijiet komuni biex tiġi stabbilita struttura standardizzata tan-numri tar-reġistrazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 29.04.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1028
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|