+Artikolu 42

Artikolu 42

Artikolu 42

Emendi għar-Regolament (UE) 2018/1724

Ir-Regolament (UE) 2018/1724 huwa emendat kif ġej:

(1) 

fl-Anness I, tiżdied ringiela li ġejja:



“AJ.  Proġetti ta’ materja prima kritiċi

1.  il-punti ta’ kuntatt uniku stabbiliti jew maħtura skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2024/1252 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1);

2.  informazzjoni dwar il-proċess tal-għoti tal-permessi.

3.  informazzjoni dwar servizzi tal-finanzjament u tal-investiment

4.  informazzjoni dwar possibbiltajiet ta’ finanzjament fil-livell tal-Unjoni jew tal-Istati Membri

5.  informazzjoni dwar servizzi ta’ appoġġ kummerċjali, inkluż iżda mhux limitati għad-dikjarazzjoni tat-taxxa korporattiva, il-liġijiet tat-taxxa lokali jew il-liġi tax-xogħol

(*1)   

Ir-Regolament (UE) 2024/1252 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 li jistabbilixxi qafas li jiżgura provvista sigura u sostenibbli tal-materja prima kritika u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 168/2013, (UE) 2018/858, (UE) 2018/1724 u (UE) 2019/1020 (ĠU L, 2024/1252, 3.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1252/oj).”;

(2) 

fl-Anness II, tiżdied ringiela li ġejja:



“Proġetti ta’ materja prima kritiċi

Proċedura relatata mal-permessi rilevanti kollha għall-bini u l-operat tal-proġetti ta’ materja prima kritika, inkluż il-permessi tal-konnessjoni tal-bini, kimika u mal-grilja u l-valutazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet ambjentali fejn meħtieġ, u li tinkludi l-applikazzjonijiet u l-proċeduri kollha mir-rikonoxximent li l-applikazzjoni hija kompluta san-notifika tad-deċiżjoni komprensiva dwar l-eżitu tal-proċedura mill-punt ta’ kuntatt uniku kkonċernat skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2024/1252.

L-eżiti kollha relatati mal-proċeduri varji, mir-rikonoxximent li l-applikazzjoni hija kompluta san-notifika tad-deċiżjoni komprensiva dwar l-eżitu tal-proċedura mill-punt ta’ kuntatt uniku kkonċernat skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2024/1252”.

(3) 

fl-Anness III, jiżdied il-punt li ġej:

“(9) 

Il-punt ta’ kuntatt uniku kkonċernat skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2024/1252.”.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 03.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1252
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.