+Artikolu 7
---+Artikolu 7 1.
---+Artikolu 7 2.
---+Artikolu 7 3.
---+Artikolu 7 4.
---+Artikolu 7 5.
---+Artikolu 7 6.
---+Artikolu 7 7.
---+Artikolu 7 8.
---+Artikolu 7 9.
---+Artikolu 7 10.
---+Artikolu 7 11.
---+Artikolu 7 12.
|
Artikolu 7
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 7 1.
|
L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jirrestrinġu jew ifixklu bla bżonn l-implimentazzjoni ta’ xi element ta’ VHCNs jew faċilitajiet assoċjati. L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-almu tagħhom biex jagħmluha aktar faċli li kwalunkwe regola li tirregola l-kundizzjonijiet u l-proċeduri applikabbli għall-għoti tal-permessi u d-drittijiet ta’ aċċess, meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ elementi ta’ VHCNs jew faċilitajiet assoċjati tkun konsistenti fit-territorju nazzjonali kollu.
|
|
Artikolu 7 2.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu disponibbli, permezz ta’ punt uniku tal-informazzjoni f’format elettroniku, l-informazzjoni kollha dwar il-kundizzjonijiet u l-proċeduri applikabbli għall-għoti tal-permessi u d-drittijiet ta’ aċċess, li jingħataw permezz ta’ proċeduri amministrattivi, inkluż kull informazzjoni dwar l-eżenzjonijiet fuq uħud mill-permessi jew id-drittijiet ta’ aċċess, jew fuq kollha kemm huma, meħtieġa skont il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali u modi kif wieħed jissottometti applikazzjonijiet f’format elettroniku u jikseb informazzjoni dwar l-istatus tal-applikazzjoni.
|
|
Artikolu 7 3.
|
Kwalunkwe operatur għandu jkollu d-dritt li jissottometti, permezz ta’ punt uniku tal-informazzjoni f’format elettroniku, applikazzjonijiet għall-permessi jew għat-tiġdid tagħhom, jew drittijiet ta’ aċċess kollha meħtieġa u li jikseb informazzjoni dwar l-istatus tal-applikazzjoni tiegħu. L-Istati Membri jistgħu jispeċifikaw proċeduri dettaljati biex tinkiseb dik l-informazzjoni.
|
|
Artikolu 7 4.
|
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fi żmien 15-il jum tax-xogħol mill-wasla tagħhom, jirrifjutaw l-applikazzjonijiet għall-permessi, inkluż tad-drittijiet ta’ aċċess, li għalihom l-informazzjoni minima ma tkunx saret disponibbli permezz ta’ punt uniku tal-informazzjoni, skont l-Artikolu 6(1), l-ewwel subparagrafu, mill-istess operatur li japplika għal dak il-permess.
|
|
Artikolu 7 5.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu jew jirrifjutaw il-permessi, għajr id-drittijiet ta’ aċċess, fi żmien 4 xhur mid-data tal-wasla ta’ applikazzjoni kompluta għall-permess. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw il-kompletezza tal-applikazzjoni għall-permessi jew għad-drittijiet ta’ aċċess fi żmien 20 jum tax-xogħol minn meta jirċievu l-applikazzjoni.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistiednu lill-applikant jipprovdi kwalunkwe informazzjoni nieqsa matul dak il-perjodu. Id-determinazzjoni mill-awtorità kompetenti li l-applikazzjoni għal permess hija kompluta ma għandhiex tirriżulta f’xi sospensjoni jew interruzzjoni tal-perjodu globali ta’ erba’ xhur għall-eżami tal-applikazzjoni għall-permess, li jibda mid-data tal-wasla tal-applikazzjoni kompluta. L-ewwel u t-tieni subparagrafi għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal skadenzi jew obbligi speċifiċi oħra stabbiliti għat-twettiq xieraq tal-proċedura, applikabbli għall-proċedura tal-għoti tal-permessi, inkluż il-proċedimenti tal-appell, f’konformità mal-liġi tal-Unjoni jew mal-liġi nazzjonali li tosserva l-liġi tal-Unjoni u mingħajr preġudizzju għar-regoli li jagħtu lill-applikant drittijiet addizzjonali jew li jkollhom l-għan li jiżguraw li l-permessi jingħataw malajr kemm jista’ jkun. L-Istati Membri għandhom jistipulaw u jippubblikaw, bil-quddiem, permezz ta’ punt uniku tal-informazzjoni, ir-raġunijiet li għalihom l-awtorità kompetenti tista’, f’każijiet eċċezzjonali u sostanzjati kif xieraq, filwaqt li taġixxi fuq inizjattiva tagħha stess, testendi l-iskadenzi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu u fil-paragrafu 6. Kull estensjoni għandha tkun l-iqsar possibbli u ma għandhiex taqbeż l-erba’ xhur, għajr meta din tkun meħtieġa biex jiġu ssodisfati skadenzi jew obbligi speċifiċi oħra stabbiliti għat-twettiq xieraq tal-proċedura li jkunu applikabbli għall-proċedura tal-għoti tal-permessi, inkluż il-proċedimenti tal-appell, skont il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali li tosserva l-liġi tal-Unjoni. Ma għandhiex tintalab estensjoni sabiex tinkiseb informazzjoni nieqsa li l-awtorità kompetenti tkun naqset milli titlob mill-applikant skont it-tieni subparagrafu. Kull rifjut ta’ permess jew dritt ta’ aċċess għandu jiġi ssostanzjat kif xieraq abbażi ta’ kriterji oġġettivi, trasparenti, nondiskriminatorji u proporzjonati.
|
|
Artikolu 7 6.
|
B’deroga mill-Artikolu 43(1), il-punt (a), tad-Direttiva (UE) 2018/1972, meta jkunu meħtieġa drittijiet ta’ aċċess fi, fuq jew taħt proprjetà pubblika jew, fejn applikabbli, proprjetà privata, bl-awtorizzazzjoni minn qabel tas-sid jew f’konformità mal-liġi nazzjonali, għall-implimentazzjoni ta’ elementi ta’ VHCNs jew faċilitajiet assoċjati flimkien mal-permessi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu dawk id-drittijiet ta’ aċċess fi żmien il-perjodu ta’ erba’ xhur jew fl-iskadenza stabbilita bil-liġi nazzjonali, liema minnhom tkun l-iqsar, mid-data tal-wasla tal-applikazzjoni kompluta, għajr fil-każ ta’ esproprjazzjoni.
|
|
Artikolu 7 7.
|
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jġeddu l-permess mogħti lil operatur għax-xogħlijiet ċivili meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ elementi ta’ VHCNs jew faċilitajiet assoċjati fejn, għal raġunijiet oġġettivament ġustifikati, ix-xogħlijiet ċivili ma setgħux jibdew jew jintemmu qabel l-iskadenza tal-validità tal-permess. It-tiġdid tal-permess għandu jingħata mingħajr rekwiżiti proċedurali addizzjonali għall-operaturi.
|
|
Artikolu 7 8.
|
L-Istati Membri jistgħu, fost l-oħrajn, jitolbu permessi għall-introduzzjoni tal-elementi ta’ VHCNs jew tal-faċilitajiet assoċjati f’bini jew f’siti ta’ valur arkitettoniku, storiku, reliġjuż jew ambjentali protetti f’konformità mal-liġi nazzjonali jew, meta meħtieġ, minħabba raġunijiet ta’ sikurezza pubblika, ta’ sigurtà tal-infrastruttura kritika jew raġunijiet ambjentali.
|
|
Artikolu 7 9.
|
Il-permessi, għajr id-drittijiet ta’ aċċess, meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ elementi ta’ VHCNs jew ta’ faċilitajiet assoċjati, ma għandhomx ikunu soġġetti għal tariffi jew imposti li jmorru lil hinn mill-ispejjeż amministrattivi kif previst, mutatis mutandis, fl-Artikolu 16 tad-Direttiva (UE) 2018/1972.
|
|
Artikolu 7 10.
|
Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu fl-Istati Membri. Għal dak l-għan, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw kull tliet snin lill-Kummissjoni dwar l-istatus tal-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu u dwar jekk il-kundizzjonijiet elenkati fih ġewx issodisfati.
|
|
Artikolu 7 11.
|
Il-proċedura stabbilita f’dan l-Artikolu għandha tapplika mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 57 tad-Direttiva (UE) 2018/1972.
|
|
Artikolu 7 12.
|
Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Istati Membri jintroduċu aktar dispożizzjonijiet għall-awtoritajiet kompetenti biex iħaffu l-proċedura għall-għoti tal-permessi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1309
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|