+Artikolu 7 5.

Artikolu 7 5.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu jew jirrifjutaw il-permessi, għajr id-drittijiet ta’ aċċess, fi żmien 4 xhur mid-data tal-wasla ta’ applikazzjoni kompluta għall-permess.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw il-kompletezza tal-applikazzjoni għall-permessi jew għad-drittijiet ta’ aċċess fi żmien 20 jum tax-xogħol minn meta jirċievu l-applikazzjoni.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistiednu lill-applikant jipprovdi kwalunkwe informazzjoni nieqsa matul dak il-perjodu. Id-determinazzjoni mill-awtorità kompetenti li l-applikazzjoni għal permess hija kompluta ma għandhiex tirriżulta f’xi sospensjoni jew interruzzjoni tal-perjodu globali ta’ erba’ xhur għall-eżami tal-applikazzjoni għall-permess, li jibda mid-data tal-wasla tal-applikazzjoni kompluta.

L-ewwel u t-tieni subparagrafi għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal skadenzi jew obbligi speċifiċi oħra stabbiliti għat-twettiq xieraq tal-proċedura, applikabbli għall-proċedura tal-għoti tal-permessi, inkluż il-proċedimenti tal-appell, f’konformità mal-liġi tal-Unjoni jew mal-liġi nazzjonali li tosserva l-liġi tal-Unjoni u mingħajr preġudizzju għar-regoli li jagħtu lill-applikant drittijiet addizzjonali jew li jkollhom l-għan li jiżguraw li l-permessi jingħataw malajr kemm jista’ jkun.

L-Istati Membri għandhom jistipulaw u jippubblikaw, bil-quddiem, permezz ta’ punt uniku tal-informazzjoni, ir-raġunijiet li għalihom l-awtorità kompetenti tista’, f’każijiet eċċezzjonali u sostanzjati kif xieraq, filwaqt li taġixxi fuq inizjattiva tagħha stess, testendi l-iskadenzi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu u fil-paragrafu 6.

Kull estensjoni għandha tkun l-iqsar possibbli u ma għandhiex taqbeż l-erba’ xhur, għajr meta din tkun meħtieġa biex jiġu ssodisfati skadenzi jew obbligi speċifiċi oħra stabbiliti għat-twettiq xieraq tal-proċedura li jkunu applikabbli għall-proċedura tal-għoti tal-permessi, inkluż il-proċedimenti tal-appell, skont il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali li tosserva l-liġi tal-Unjoni.

Ma għandhiex tintalab estensjoni sabiex tinkiseb informazzjoni nieqsa li l-awtorità kompetenti tkun naqset milli titlob mill-applikant skont it-tieni subparagrafu.

Kull rifjut ta’ permess jew dritt ta’ aċċess għandu jiġi ssostanzjat kif xieraq abbażi ta’ kriterji oġġettivi, trasparenti, nondiskriminatorji u proporzjonati.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1309
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.