+Artikolu 8
---+Artikolu 8 1.
---+Artikolu 8 2.
---+Artikolu 8 3.

Artikolu 8

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 8 1.
Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni mill-awtorità kompetenti sal-iskadenza applikabbli msemmija fl-Artikolu 7(5), il-permess għandu jitqies li jkun ingħata mal-iskadenza ta’ dik l-iskadenza.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika dment li l-proċedura tal-għoti tal-permessi ma tikkonċernax id-drittijiet ta’ aċċess. Fuq talba, l-operatur jew kwalunkwe parti affettwata għandha tkun intitolata li tirċievi konferma bil-miktub mill-awtorità kompetenti li, fejn applikabbli, il-permess ikun ingħata b’mod impliċitu.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe parti terza affettwata jkollha d-dritt li tintervjeni fil-proċedura amministrattiva u li tikkontesta d-deċiżjoni li tagħti l-permess.

Artikolu 8 2.

L-Istati Membri jistgħu jidderogaw mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fejn ikun disponibbli mill-inqas wieħed mir-rimedji li ġejjin għall-proċedura rilevanti tal-għoti tal-permessi:

(a) 

l-operatur li ġarrab dannu bħala riżultat ta’ nuqqas ta’ konformità mill-awtorità kompetenti mal-iskadenza applikabbli stipulata f’konformità mal-Artikolu 7(5) ikun intitolat li jitlob kumpens għad-dannu, f’konformità mal-liġi nazzjonali;

(b) 

l-operatur jista’ jirreferi l-każ lil qorti jew lil awtorità superviżorja.

Artikolu 8 3.
Fil-każ ta’ deroga skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li, mal-għeluq tal-iskadenza stabbilita f’konformità mal-Artikolu 7(5) u mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-operatur li immedjatament ifittex rimedji f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti, jew kwalunkwe korp ieħor determinat minn dak l-Istat Membru, għandu jistieden lill-applikant, mingħajr dewmien żejjed, fuq talba tal-operatur, jew fuq inizjattiva proprja, għal laqgħa biex tiġi ffaċilitata l-adozzjoni ta’ deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għal permess. Il-laqgħa għandha tissejjaħ mill-awtorità kompetenti mhux aktar tard minn xahrejn wara s-sottomissjoni tat-talba. Mingħajr dewmien żejjed wara l-laqgħa, l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi rendikont bil-miktub tad-diskussjoni, inkluż il-fehmiet tal-partijiet involuti u li jindika lill-operatur data meta għandha tinħareġ deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għal permess.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1309
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.