+Artikolu 14
---+Artikolu 14 1.
---+Artikolu 14 2.
---+Artikolu 14 3.
---+Artikolu 14 4.
---+Artikolu 14 5.
---+Artikolu 14 6.
---+Artikolu 14 7.
---+Artikolu 14 8.
---+Artikolu 14 9.
---+Artikolu 14 10.

Artikolu 14

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 14 1.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu jew jaħtru korp kompetenti wieħed jew aktar biex iwettqu l-kompiti assenjati lill-korp nazzjonali għas-soluzzjoni tat-tilwim f’konformità mal-Artikolu 13(1) (il-“korp nazzjonali għas-soluzzjoni tat-tilwim”).
Artikolu 14 2.
Il-korp nazzjonali għas-soluzzjoni tat-tilwim għandu jkun legalment distint, u funzjonalment indipendenti, minn kwalunkwe operatur tan-network u minn kwalunkwe korp tas-settur pubbliku li huwa s-sid ta’ infrastruttura fiżika involuta fit-tilwim, jew li jikkontrollaha. L-Istati Membri li jibqa’ jkollhom is-sjieda jew il-kontroll tal-operaturi tan-networks għandhom jiżguraw separazzjoni strutturali effettiva tal-funzjonijiet relatati mal-proċeduri nazzjonali tas-soluzzjoni tat-tilwim u dawk tal-punt uniku tal-informazzjoni minn attivitajiet assoċjati mas-sjieda jew mal-kontroll.

Il-korpi nazzjonali għas-soluzzjoni tat-tilwim għandhom jaġixxu b’mod indipendenti u oġġettiv, u ma għandhomx ifittxu jew jieħdu struzzjonijiet minn xi korp ieħor meta jiddeċiedu dwar it-tilwim sottomess lilhom. Dan ma għandux jipprevjeni superviżjoni f’konformità mal-liġi nazzjonali. Il-korpi tal-appell kompetenti biss għandu jkollhom is-setgħa li jissospendu jew ibiddlu d-deċiżjonijiet tal-korpi nazzjonali għas-soluzzjoni tat-tilwim.

Artikolu 14 3.
Il-korp nazzjonali għas-soluzzjoni tat-tilwim jista’ jitlob xi ħlasijiet biex ikopri l-ispejjeż tat-twettiq tal-kompiti assenjati lilu.
Artikolu 14 4.
Il-partijiet kollha kkonċernati minn tilwima għandhom jikkooperaw bis-sħiħ mal-korp nazzjonali għas-soluzzjoni tat-tilwim.
Artikolu 14 5.
Il-funzjonijiet ta’ punt uniku tal-informazzjoni msemmi fl-Artikoli minn 3 sa 10, 12 u 13 għandhom jitwettqu minn korp kompetenti wieħed jew aktar maħtura mill-Istati Membri fil-livell lokali, reġjonali jew nazzjonali, kif xieraq. Biex jiġu koperti l-ispejjeż tal-qadi ta’ dawk il-funzjonijiet, jistgħu jintalbu ħlasijiet għall-użu tal-punti ta’ informazzjoni uniċi.
Artikolu 14 6.
Il-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, għandu japplika mutatis mutandis għall-korpi kompetenti li jwettqu l-funzjonijiet ta’ punt uniku tal-informazzjoni.
Artikolu 14 7.
Il-korpi kompetenti għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom b’mod imparzjali, trasparenti u fil-ħin. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn ikollhom ir-riżorsi tekniċi, finanzjarji u umani adegwati biex iwettqu l-kompiti assenjati lilhom.
Artikolu 14 8.
L-Istati Membri għandhom jippubblikaw il-kompiti li għandu jwettaq kull korp kompetenti permezz ta’ punt uniku tal-informazzjoni, b’mod partikolari meta dawk il-kompiti jiġu assenjati lil aktar minn korp kompetenti wieħed jew meta l-kompiti assenjati jkunu nbidlu. Meta xieraq, il-korpi kompetenti għandhom jikkonsultaw u jikkooperaw bejniethom dwar kwistjonijiet ta’ interess komuni.
Artikolu 14 9.
L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-identità ta’ kull korp kompetenti, f’konformità ma’ dan l-Artikolu, biex iwettaq funzjoni skont dan ir-Regolament, u bir-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom kif ukoll bi kwalunkwe modifika fihom, qabel ma din il-ħatra jew il-modifika tidħol fis-seħħ.
Artikolu 14 10.
Kull deċiżjoni meħuda minn korp kompetenti għandha tkun soġġetta għal appell, f’konformità mal-liġi nazzjonali, quddiem korp tal-appell indipendenti għalkollox, inkluż korp ta’ natura ġudizzjarja. L-Artikolu 31 tad-Direttiva (UE) 2018/1972 għandu japplika mutatis mutandis għal kull appell skont dan il-paragrafu.

Id-dritt għal appell f’konformità mal-ewwel subparagrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-partijiet li jressqu t-tilwima quddiem il-qorti nazzjonali kompetenti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1309
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.