|
+Artikolu 8 |
Artikolu 8Artikolu 8 Kontenut tal-att delegat L-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4 jridu jispeċifikaw mill-anqas l-elementi li ġejjin:
(a)
id-definizzjoni tal-grupp jew gruppi ta’ prodotti koperti, inkluża l-lista tal-kodiċijiet tal-komoditajiet kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 ( 3 ) u d-deskrizzjonijiet tal-prodott;
(b)
ir-rekwiżiti tal-ekodisinn tal-gruppi ta’ prodotti koperti;
(c)
fejn rilevanti, il-parametri tal-prodott msemmija fl-Anness I li għalihom il-Kummissjoni tiddikjara li mhu meħtieġ ebda rekwiżit tal-ekodisinn, skont l-Artikolu 4.
(d)
l-istandards jew il-metodi tat-test, tal-kejl jew tal-kalkolu li jridu jintużaw skont l-Artikolu 39(1);
(e)
fejn rilevanti, ir-rekwiżiti għall-użu ta’ għodod diġitali skont l-Artikolu 39(2);
(f)
fejn rilevanti, il-metodi tranżizzjonali, l-istandards armonizzati jew partijiet minnhom, ir-rerefenzi li ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew l-ispeċifikazzjonijiet komuni li jridu jintużaw;
(g)
il-format, il-mod, u l-ordni li bihom l-informazzjoni neċessarja għall-verifika tal-konformità trid issir disponibbli.
(h)
il-modulu ta’ valutazzjoni tal-konformità li jrid jintuża skont l-Artikolu 4(5); meta l-modulu li jrid jiġi applikat ikun differenti mill-modulu stabbilit fl-Anness IV, il-fatturi li jwasslu għall-għażla ta’ ta’ dak il-modulu;
(i)
ir-rekwiżiti rigward l-informazzjoni li trid tiġi pprovduta mill-manifatturi, inkluż dwar l-elementi tad-dokumentazzjoni teknika li huma meħtieġa biex jippermettu l-verifika tal-konformità tal-prodott mar-rekwiżiti tal-ekodisinn.
(j)
fejn rilevanti, kwalunkwe rekwiżit ta’ informazzjoni addizzjonali skont l-Artikoli 36 u 37;
(k)
it-tul tal-perjodu tranżitorju li matulu l-Istati Membri għandhom jippermettu t-tqegħid fis-suq jew it-tqegħid fis-servizz tal-prodotti li jikkonformaw mal-miżuri nazzjonali fis-seħħ fit-territorju tagħhom fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-att delegat adottat skont l-Artikolu 4;
(l)
id-data għar-rieżami tal-att delegat adottat skont l-Artikolu 4, filwaqt li jitqiesu, fost aspetti oħra:
(i)
il-karatteristiċi tal-grupp ta’ prodotti u s-suq tiegħu;
(ii)
il-ħtieġa li r-rekwiżiti jiġu adattati biex il-prodotti jsiru aktar sostenibbli;
(iii)
l-objettivi tal-politika tal-Unjoni;
(iv)
il-progress tekniku; u
(v)
Id-disponibbiltà tal-metodi. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|