+Artikolu 16
---+Artikolu 16 1.
---+Artikolu 16 2.
---+Artikolu 16 3.
---+Artikolu 16 4.
---+Artikolu 16 5.

Artikolu 16

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 16 1.

Meta r-rekwiżiti ta’ informazzjoni jindikaw li l-informazzjoni trid tiġi inkluża f’tikketta skont l-Artikolu 7(7), il-punt (c), l-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4 għandhom jispeċifikaw:

(a) 

il-kontenut tat-tikketta;

(b) 

it-tqassim tat-tikketta, filwaqt li jiġu żgurati l-viżibbiltà u l-leġibbiltà;

(c) 

il-mod li bih trid tintwera t-tikketta lill-klijenti inkluż fil-każ ta’ bejgħ mill-bogħod, filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 32 u l-implikazzjonijiet għall-operaturi ekonomiċi rilevanti;

(d) 

fejn xieraq, il-mezzi elettroniċi għall-ġenerazzjoni tat-tikketti.

Artikolu 16 2.
Meta rekwiżit ta’ informazzjoni jinvolvi l-inklużjoni f’tikketta tal-klassi ta’ prestazzjoni, it-tqassim tat-tikketta msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (b) għandu jkun ċar u jinftiehem b’mod faċli, u għandu jippermetti lill-klijenti jqabblu faċilment il-prestazzjoni tal-prodott fir-rigward tal-parametru rilevanti tal-prodott u jagħżlu prodotti bi prestazzjoni aħjar.
Artikolu 16 3.
Għall-prodotti relatati mal-enerġija li huma soġġetti għal tikketti tal-enerġija stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 2017/1369, fejn l-informazzjoni dwar parametru ta’ prodott rilevanti, inkluż dwar il-klassijiet ta’ prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(4) ta’ dan ir-Regolament, ma tistax tiġi inkorporata fit-tikketta tal-enerġija, u dment li tali informazzjoni titqies li hija aktar rilevanti u komprensiva mill-informazzjoni koperta mit-tikketta tal-enerġija, il-Kummissjoni, wara li tivvaluta r-riskju ta’ konfużjoni għall-klijenti, il-piż amministrattiv għall-operaturi ekonomiċi u l-aħjar mod kif tikkomunika dik l-informazzjoni partikolari, tista’, jekk ikun xieraq, tirrikjedi l-istabbiliment ta’ tikketta f’konformità ma’ dan ir-Regolament minflok it-tikketta tal-enerġija stabbilita f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/1369.
Artikolu 16 4.
Meta tistabbilixxi r-rekwiżiti ta’ informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha, meta xieraq, titlob li t-tikketta tinkludi mezzi ta’ data jew mezzi oħra biex tippermetti lill-klijenti jaċċessaw informazzjoni addizzjonali dwar il-prodott, inkluż mezzi li jippermettu aċċess għall-passaport diġitali tal-prodotti.
Artikolu 16 5.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu rekwiżiti komuni għat-tqassim tat-tikketti meħtieġa skont l-Artikolu 7(7), il-punt (c).

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 73(3).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 28.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1781
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.