|
+Artikolu 71 1. |
Artikolu 71 1.Meta Stat Membru jagħmel waħda minn dawn is-sejbiet, dan għandu jeżiġi li l-operatur ekonomiku rilevanti jtemm in-nuqqas ta’ konformità kkonċernat:
(a)
il-markatura CE tkun twaħħlet bi ksur tal-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 jew tal-Artikolu 46 ta’ dan ir-Regolament;
(b)
il-markatura CE ma tkunx twaħħlet;
(c)
in-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp innotifikat ikun twaħħal bi ksur tal-Artikolu 46 jew ma jkunx twaħħal fejn meħtieġ;
(d)
id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE ma tkunx saret;
(e)
id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE ma tkunx saret kif suppost;
(f)
id-dokumentazzjoni teknika ma tkunx disponibbli, ma tkunx kompleta jew ikun fiha żbalji;
(g)
l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 27(6) jew l-Artikolu 29;(3) tkun nieqsa, falza jew inkompleta;
(h)
kwalunkwe rekwiżit amministrattiv ieħor previst fl-Artikolu 27 jew fl-Artikolu 29 jew fl-att delegat applikabbli adottat skont l-Artikolu 4, ma jiġix issodisfat. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|