|
+ANNESS I Parametri tal-prodott |
ANNESS I Parametri tal-prodott
ANNESS I Parametri tal-prodott Il-parametri li ġejjin għandhom, kif xieraq, u meta meħtieġ, jiġu ssupplimentati minn oħrajn, jintużaw, b’mod individwali jew flimkien, bħala bażi għat-titjib tal-aspetti tal-prodott:
(a)
id-durabbiltà u l-affidabbiltà tal-prodott jew tal-komponenti tiegħu kif espressi permezz tal-ħajja garantita tal-prodott, il-ħajja teknika, iż-żmien medju bejn il-ħsarat, l-indikazzjoni tal-informazzjoni dwar l-użu reali dwar il-prodott, ir-reżistenza għall-istress jew il-mekkaniżmi ta’ tqaddim;
(b)
il-faċilità tat-tiswija u l-manutenzjoni, kif espressa permezz tal-karatteristiċi, id-disponibbiltà, il-ħin tal-konsenja u l-affordabbiltà tal-partijiet ta’ rikambju, il-modularità, il-kompatibbiltà mal-għodod u mal-partijiet ta’ rikambju disponibbli b’mod komuni, id-disponibbiltà tal-istruzzjonijiet dwar it-tiswija u l-manutenzjoni, in-numru ta’ materjali u komponenti użati, l-użu ta’ komponenti standard, l-użu ta’ standards ta’ kodifikazzjoni tal-komponenti u l-materjali għall-identifikazzjoni tal-komponenti u l-materjali, in-numru u l-kumplessità tal-proċessi u jekk għodod speċjalizzati humiex meħtieġa, il-faċilità ta’ żarmar u armar mill-ġdid mhux distruttiv, il-kundizzjonijiet għall-aċċess għad-data dwar il-prodott, il-kundizzjonijiet għall-aċċess għal hardware u software meħtieġa jew l-użu tagħhom;
(c)
il-faċilità tal-aġġornament, tal-użu mill-ġdid, tal-manifattura mill-ġdid u tar-rinnovazzjoni kif espressa permezz tan-numru ta’ materjali u komponenti użati, l-użu ta’ komponenti standard, l-użu ta’ standards ta’ kodifikazzjoni tal-komponenti u tal-materjali għall-identifikazzjoni tal-komponenti u tal-materjali, in-numru u l-kumplessità tal-proċessi u tal-għodod meħtieġa, il-faċilità taż-żarmar u tal-assemblaġġ mill-ġdid mhux distruttiv, il-kundizzjonijiet għall-aċċess għad-data dwar il-prodott, il-kundizzjonijiet għall-aċċess għall-hardware u s-software meħtieġa u l-użu tagħhom, il-kundizzjonijiet tal-aċċess għall-protokolli tat-test jew tagħmir tal-ittestjar mhux disponibbli b’mod komuni, id-disponibbiltà ta’ garanziji speċifiċi għal prodotti manifatturati mill-ġdid jew rinnovati, il-kundizzjonijiet għall-aċċess għal teknoloġiji protetti bid-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jew l-użu tagħhom, il-modularità;
(d)
id-disinn għar-riċiklaġġ, il-faċilità u l-kwalità tar-riċiklaġġ kif espressi permezz tal-użu ta’ materjali faċilment riċiklabbli, l-aċċess sikur, faċli u mhux distruttiv għal komponenti u materjali riċiklabbli jew komponenti u materjali li fihom sustanzi perikolużi u l-kompożizzjoni tal-materjal u omoġeneità, il-possibbiltà ta’ separazzjoni b’purità għolja, in-numru ta’ materjali u komponenti użati, l-użu ta’ komponenti standard, l-użu ta’ standards ta’ kodifikazzjoni tal-komponenti u l-materjali għall-identifikazzjoni tal-komponenti u tal-materjali, in-numru u l-kumplessità tal-proċessi u l-għodod meħtieġa, il-faċilità ta’ żarmar u armar mill-ġdid mhux distruttiv, il-kundizzjonijiet għall-aċċess għad-data dwar il-prodott, il-kundizzjonijiet għall-aċċess għall-hardware u s-software meħtieġa jew l-użu tagħhom;
(e)
l-evitar ta’ soluzzjonijiet tekniċi li huma ta’ detriment għall-użu mill-ġdid, it-titjib, it-tiswija, il-manutenzjoni, ir-rinnovazzjoni, il-manifattura mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ prodotti u komponenti;
(f)
l-użu ta’ sustanzi, u b’mod partikolari l-użu ta’ sustanza ta’ tħassib, waħedhom, bħala kostitwenti ta’ sustanzi jew f’taħlitiet, tul il-proċess tal-produzzjoni ta’ prodotti, jew li jwassal għall-preżenza tagħhom fi prodotti, inkluż ladarba dawk il-prodotti jsiru skart u l-impatti tagħhom fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent;
(g)
l-użu jew il-konsum tal-enerġija, tal-ilma u ta’ riżorsi oħra fi stadju wieħed jew aktar taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott, inkluż l-effett ta’ fatturi fiżiċi jew aġġornamenti tas-software u tal-firmware fuq l-effiċjenza tal-prodott u inkluż l-impatt fuq id-deforestazzjoni;
(h)
l-użu jew il-kontenut ta’ materjali riċiklati u l-irkupru ta’ materjali, inkluż materja prima kritika;
(i)
l-użu jew il-kontenut ta’ materjali rinnovabbli sostenibbli;
(j)
il-piż u l-volum tal-prodott u l-imballaġġ tiegħu, u l-proporzjon bejn il-prodott u l-imballaġġ;
(k)
l-inkorporazzjoni ta’ komponenti użati;
(l)
il-kwantità, il-karatteristiċi u d-disponibbiltà tal-oġġetti tal-konsum meħtieġa għall-użu u l-manutenzjoni tajba kif espressi, fost l-oħrajn, permezz tar-rendiment, il-ħajja teknika, il-kapaċità ta’ użu mill-ġdid, tiswija u manifattura mill-ġdid, l-effiċjenza fir-riżorsi tal-massa u l-interoperabbiltà;
(m)
l-impronta ambjentali tal-prodott, espressa bħala kwantifikazzjoni, f’konformità mal-att delegat applikabbli, tal-impatti ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott, kemm jekk b’rabta ma’ kategorija tal-impatt ambjentali waħda jew aktar jew ma’ sett aggregat ta’ kategoriji tal-impatt;
(n)
l-impronta tal-karbonju tal-prodott;
(o)
l-impronta tal-materjali tal-prodott;
(p)
ir-rilaxx tal-mikroplastik u tan-nanoplastik kif espress permezz tar-rilaxx matul l-istadji rilevanti taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott, inkluż matul il-manifattura, it-trasport, l-użu, u l-istadji ta’ tmiem il-ħajja;
(q)
l-emissjonijiet fl-arja, fl-ilma jew fil-ħamrija rilaxxati fi stadju wieħed jew aktar taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott kif espressi permezz tal-kwantitajiet u n-natura tal-emissjonijiet, inkluż il-ħoss;
(r)
l-ammonti ta’ skart iġġenerat, inkluż l-iskart mill-plastik u l-iskart mill-imballaġġ u l-faċilità tal-użu mill-ġdid tagħhom, u l-ammonti ta’ skart perikoluż iġġenerat;
(s)
il-prestazzjoni funzjonali u l-kundizzjonijiet għall-użu inkluż kif espress permezz tal-abbiltà li jitwettaq l-użu maħsub tagħhom, il-prekawzjonijiet tal-użu, il-ħiliet meħtieġa u l-kompatibbiltà ma’ prodotti jew sistemi oħra;
(t)
disinn ħafif kif espress permezz tat-tnaqqis fil-konsum tal-materjal, l-ottimizzazzjoni tat-tagħbija u tal-istress tal-istrutturi, l-integrazzjoni tal-funzjonijiet fil-materjal jew f’komponent wieħed tal-prodott, l-użu ta’ materjali b’densità aktar baxxa jew b’saħħa għolja u materjali ibridi, fir-rigward tal-iffrankar tal-materjali, ir-riċiklaġġ u aspetti oħra taċ-ċirkolarità, u t-tnaqqis tal-iskart. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|