1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għall-kejl, il-kwantifikazzjoni, il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika preċiża tal-emissjonijiet tal-metan fis-settur tal-enerġija fl-Unjoni, kif ukoll għat-tnaqqis ta’ dawk l-emissjonijiet, inkluż permezz ta’ stħarriġ dwar id-detezzjoni u t-tiswija tat-tnixxijiet, l-obbligi ta’ tiswija u restrizzjonijiet fuq l-ivventjar u l-ivvampjar. Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll regoli dwar għodod li jiżguraw it-trasparenza fir-rigward tal-emissjonijiet tal-metan.