+Artikolu 15 3

Artikolu 15 3

3.   Minkejja l-paragrafu 2, l-ivventjar jew l-ivvampjar għandu jkun permess fejn ikun inevitabbli u strettament meħtieġ u soġġett għall-obbligi ta’ rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 16.

L-ivventjar u l-ivvampjar għandhom jitqiesu li huma inevitabbli u strettament meħtieġa fis-sitwazzjonijiet speċifiċi li ġejjin fejn l-ivventjar jew l-ivvampjar, kif applikabbli, ma jkunux jistgħu jiġu eliminati kompletament jew ikunu meħtieġa għal raġunijiet ta’ sikurezza:

(a)

matul operazzjonijiet normali ta’ apparati pnewmatiċi, kumpressuri, tankijiet tal-ħżin taħt pressjoni atmosferika, apparati tat-teħid ta’ kampjuni u ta’ kejl u siġilli b’gass niexef, jew komponenti oħra mfassla għall-ivventjar, dment li tali tagħmir jossodisfa l-istandards jew il-preskrizzjonijiet tekniċi stabbiliti skont l-Artikolu 32 u jkun miżmum tajjeb biex jiġi minimizzat it-telf tal-metan;

(b)

fil-ħatt jew it-tindif ta’ akkumulazzjoni ta’ likwidu f’bir għall-pressjoni atmosferika;

(c)

matul il-kejl jew it-teħid ta’ kampjuni ta’ tank tal-ħażna jew reċipjent ieħor taħt pressjoni baxxa, dment li t-tank jew ir-reċipjent jissodisfa l-istandards jew il-preskrizzjonijiet tekniċi stabbiliti skont l-Artikolu 32;

(d)

waqt it-trasferiment ta’ likwidi minn tank tal-ħżin jew minn reċipjent ieħor bi pressjoni baxxa għal vettura tat-trasport dment li t-tank jew ir-reċipjent jissodisfa l-istandards jew il-preskrizzjonijiet tekniċi stabbiliti skont l-Artikolu 32;

(e)

matul it-tiswija, il-manutenzjoni, il-proċeduri tal-ittestjar u d-dekummissjonar, inkluż l-użu tal-arja kompressata u t-tnaqqis tal-pressjoni tat-tagħmir għat-twettiq tat-tiswija u l-manutenzjoni;

(f)

matul test ta’ bradenhead;

(g)

matul test tat-tnixxija tal-packer;

(h)

matul test tal-produzzjoni li jdum anqas minn 24 siegħa;

(i)

meta l-metan ma jissodisfax l-ispeċifikazzjonijiet tal-pipeline tal-ġbir, dment li l-operatur janalizza l-kampjuni tal-metan darbtejn fil-ġimgħa sabiex jiddetermina jekk l-ispeċifikazzjonijiet ikunux inkisbu u jidderieġi l-metan f’pipeline tal-ġbir malli jiġu ssodisfati l-ispeċifikazzjonijiet tal-pipeline;

(j)

matul l-ikkummissjonar ta’ pipelines, tagħmir jew faċilitajiet, biss sakemm dan ikun meħtieġ għat-tindif tal-impuritajiet introdotti mill-pipeline jew mit-tagħmir;

(k)

waqt il-pigging, l-użu tal-arja kompressata għat-tiswija, id-dekummissjonar jew it-tindif ta’ pipeline għat-tiswija jew il-manutenzjoni, u biss meta l-gass ma jkunx jista’ jiġi kontenut jew ridirezzjonat f’porzjon mhux affettwat tal-pipeline.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 15.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1787
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.