+Artikolu 15 Restrizzjonijiet dwar l-ivventjar u l-ivvampjar
---+Artikolu 15 1
---+Artikolu 15 2
---+Artikolu 15 3
---+Artikolu 15 4
---+Artikolu 15 5
---+Artikolu 15 6
---+Artikolu 15 7
---+Artikolu 15 8

Artikolu 15 Restrizzjonijiet dwar l-ivventjar u l-ivvampjar

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 15 1

1.   L-ivventjar għandu jkun ipprojbit ħlief fiċ-ċirkostanzi previsti f’dan l-Artikolu. L-ivvampjar ta’ rutina għandu jkun ipprojbit.

Artikolu 15 2

2.   L-ivventjar jew l-ivvampjar għandu jkun permess biss f’każ ta’ emerġenza jew ta’ funzjonament ħażin.

Artikolu 15 3

3.   Minkejja l-paragrafu 2, l-ivventjar jew l-ivvampjar għandu jkun permess fejn ikun inevitabbli u strettament meħtieġ u soġġett għall-obbligi ta’ rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 16.

L-ivventjar u l-ivvampjar għandhom jitqiesu li huma inevitabbli u strettament meħtieġa fis-sitwazzjonijiet speċifiċi li ġejjin fejn l-ivventjar jew l-ivvampjar, kif applikabbli, ma jkunux jistgħu jiġu eliminati kompletament jew ikunu meħtieġa għal raġunijiet ta’ sikurezza:

(a)

matul operazzjonijiet normali ta’ apparati pnewmatiċi, kumpressuri, tankijiet tal-ħżin taħt pressjoni atmosferika, apparati tat-teħid ta’ kampjuni u ta’ kejl u siġilli b’gass niexef, jew komponenti oħra mfassla għall-ivventjar, dment li tali tagħmir jossodisfa l-istandards jew il-preskrizzjonijiet tekniċi stabbiliti skont l-Artikolu 32 u jkun miżmum tajjeb biex jiġi minimizzat it-telf tal-metan;

(b)

fil-ħatt jew it-tindif ta’ akkumulazzjoni ta’ likwidu f’bir għall-pressjoni atmosferika;

(c)

matul il-kejl jew it-teħid ta’ kampjuni ta’ tank tal-ħażna jew reċipjent ieħor taħt pressjoni baxxa, dment li t-tank jew ir-reċipjent jissodisfa l-istandards jew il-preskrizzjonijiet tekniċi stabbiliti skont l-Artikolu 32;

(d)

waqt it-trasferiment ta’ likwidi minn tank tal-ħżin jew minn reċipjent ieħor bi pressjoni baxxa għal vettura tat-trasport dment li t-tank jew ir-reċipjent jissodisfa l-istandards jew il-preskrizzjonijiet tekniċi stabbiliti skont l-Artikolu 32;

(e)

matul it-tiswija, il-manutenzjoni, il-proċeduri tal-ittestjar u d-dekummissjonar, inkluż l-użu tal-arja kompressata u t-tnaqqis tal-pressjoni tat-tagħmir għat-twettiq tat-tiswija u l-manutenzjoni;

(f)

matul test ta’ bradenhead;

(g)

matul test tat-tnixxija tal-packer;

(h)

matul test tal-produzzjoni li jdum anqas minn 24 siegħa;

(i)

meta l-metan ma jissodisfax l-ispeċifikazzjonijiet tal-pipeline tal-ġbir, dment li l-operatur janalizza l-kampjuni tal-metan darbtejn fil-ġimgħa sabiex jiddetermina jekk l-ispeċifikazzjonijiet ikunux inkisbu u jidderieġi l-metan f’pipeline tal-ġbir malli jiġu ssodisfati l-ispeċifikazzjonijiet tal-pipeline;

(j)

matul l-ikkummissjonar ta’ pipelines, tagħmir jew faċilitajiet, biss sakemm dan ikun meħtieġ għat-tindif tal-impuritajiet introdotti mill-pipeline jew mit-tagħmir;

(k)

waqt il-pigging, l-użu tal-arja kompressata għat-tiswija, id-dekummissjonar jew it-tindif ta’ pipeline għat-tiswija jew il-manutenzjoni, u biss meta l-gass ma jkunx jista’ jiġi kontenut jew ridirezzjonat f’porzjon mhux affettwat tal-pipeline.

Artikolu 15 4

4.   Meta l-ivventjar ikun permess skont il-paragrafi 2 u 3, l-operaturi għandhom jivventjaw biss meta l-ivvampjar ma jkunx teknikament fattibbli minħabba nuqqas ta’ fjammabbiltà jew inkapaċità li tinżamm fjamma, jirriskja li jipperikola s-sikurezza tal-operazzjonijiet jew tal-persunal jew meta jwassal għal impatt ambjentali agħar f’termini ta’ emissjonijiet. F’sitwazzjoni bħal din, bħala parti mill-obbligi ta’ rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 16, l-operaturi għandhom jinnotifikaw u jipprovdu evidenza lill-awtoritajiet kompetenti tal-ħtieġa li jużaw l-ivventjar minflok l-ivvampjar.

Artikolu 15 5

5.   Tagħmir li jivventja għandu jiġi sostitwit b’alternattivi li ma jarmux emissjonijiet meta dawk ikunu disponibbli fil-kummerċ u jekk jissodisfaw l-istandards jew il-preskrizzjonijiet tekniċi għall-komponenti mfassla biex jivventjaw stabbiliti skont l-Artikolu 32.

Artikolu 15 6

6.   Minbarra l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 u 3, l-ivvampjar għandu jkun permess biss meta l-injezzjoni mill-ġdid, l-użu fuq il-post, il-ħżin għall-użu aktar tard jew id-dispaċċ tal-metan lejn suq ma jkunux fattibbli għal raġunijiet għajr kunsiderazzjonijiet ekonomiċi. F’sitwazzjoni bħal din, bħala parti mill-obbligi ta’ rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 16, l-operaturi għandhom juru lill-awtoritajiet kompetenti l-ħtieġa li jużaw l-ivvampjar minflok l-injezzjoni mill-ġdid, l-użu fuq il-post, il-ħżin għal użu aktar tard jew id-dispaċċ tal-metan lejn suq.

Artikolu 15 7

7.   Meta sit jinbena, jiġi sostitwit jew rinnovat għalkollox, l-operaturi għandhom jinstallaw u jużaw biss apparati pnewmatiċi, kompressuri, tankijiet tal-ħżin taħt pressjoni atmosferika disponibbli fil-kummerċ, apparati għat-teħid tal-kampjuni u għall-kejl u siġilli b’gass niexef b’emissjonijiet żero. Meta sit jiġi sostitwit jew rinnovat parzjalment, l-operaturi għandhom jinstallaw u jużaw f’dik il-parti biss apparati pnewmatiċi, kompressuri, tankijiet tal-ħżin tal-pressjoni atmosferika b’emissjonijiet żero disponibbli fil-kummerċ, apparati għat-teħid tal-kampjuni u għall-kejl u siġilli b’gass niexef.

Artikolu 15 8

8.   L-operaturi għandhom jikkonformaw ma’ dan l-Artikolu mingħajr dewmien u, fi kwalunkwe każ, mhux aktar tard mill-5 ta’ Frar 2026 għas-siti eżistenti u mhux aktar tard minn 12-il xahar mid-data tal-bidu tal-operazzjonijiet għal siti ġodda. Meta l-operaturi ma jkunux jistgħu jikkonformaw ma’ dan l-Artikolu minħabba dewmien eċċezzjonali kkawżat mill-ħtieġa li jinkiseb permess jew kwalunkwe awtorizzazzjoni amministrattiva oħra mill-awtoritajiet rilevanti jew min-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ tagħmir tal-ivventjar jew tal-ivvampjar, huma għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti bi skeda ta’ implimentazzjoni dettaljata. Dik l-iskeda għandha tinkludi biżżejjed evidenza tal-issodisfar tal-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan il-paragrafu. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeħtieġu modifiki għal dik l-iskeda.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 15.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1787
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.